19 ta' Ġunju, 2012
19:52 CET |
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, laqa' f'Kastilja lil Melvin Zammit u omm dan il-ġuvni, żgħażugħ ta' 18-il sena li huwa finalist f'kompetizzjoni fil-qasam tat-teknoloġija organizzata mill-Google.
Melvin Zammit ippreżenta żewġ proġetti tiegħu lill-Prim Ministru filwaqt li spjegalu kif wieħed minn dawn il-proġetti jista' jwassal għal rivoluzzjoni fix-xena 3D. Melvin Zammit spjega lill-Prim Ministru kif il-proġett tiegħu jista' jwassal biex it-teknoloġiji eżistenti, li juru illużjoni, juru stampa iktar real filwaqt li r-raġġi ma jagħmlux iżjed ħsara lill-għajnejn.
Dan il-progett intagħżel mal-ewwel 15 minn fost 10,000 proġett mid-dinja kollha.
Il-Prim Ministru awgura lil Melvin Zammit kemm għall-fażi li jmiss f'din il-kompetizzjoni u anke' għall-futur fejn Melvin qed jaspira li jkompli jistudja fil-kors tal-inġinerija fl-Universita. Il-Prim Ministru qal Melvin eżempju ċar tat-talent kbir li għandna f'pajjiżna.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll Maria Hammet li ġiet magħżula biex takkumpanja lill-Prim Ministru matul il-ġurnata permezz tal-inizjattiva Be a Prime Minister for a Day.
|