MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Xjenza u Teknoloġija
Arti, Divertiment u Kultura
Kurżitajiet
Ewropa
Qorti
Kunsilli Lokali
Parlament
Għawdex
Features
Ekonomija
Avviżi ELCOM
Librerija
sport
Futbol Taljan
Futbol Ieħor
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Aħbarijiet Lokali

Il-PL jibqa' jirrifjuta li jippubblika l-proposti ekonomiċi tiegħu


4 ta' Mejju, 2012  18:42 CET
Bookmark Print page Email page

Il-fatt li l-Oppożizzjoni Laburista qed tibqa' tirrifjuta li tippubblika l-proposti ekonomiċi tagħha qed joħloq inċertezza ekonomika għaliex l-investituri u l-imprendituri ma jafux x'qed tħejji l-Oppożizzjoni jekk tkun fil-gvern.

Dan sostnih il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment Tonio Fenech f'diskussjoni mad-Deputat Laburista Charles Mangion dwar l-isfidi u l-opportunitajiet li għandha Malta quddiem il-kriżi internazzjonali.

Il-Ministru Fenech sfida lid-Deputat Laburista Charles Mangion biex l-Oppożizzjoni tippubblika l-proposti tagħha iżda t-tweġiba tad-Deputat Laburista kienet biss biex il-gvern iħabbar id-data tal-elezzjoni.

Fi-dibattitu, d-Deputat Laburista Mangion sostna li l-Partit Laburista għandu proposta dwar taħriġ u impjieg għaż-żgħażagħ meta dawn joħorġu mill-iskola. 

Dwar dan, il-Ministrru Fenech wieġeb li dak li qed tipproponi l-Oppożizzjoni ilu jitwettaq is-snin mill-Gvern bil-ftuħ tal-MCAST u taħriġ speċjalizzat għal dawk l-istudenti li ma jkunx kisbu l-kwalifiċi meħtieġa. 

Minn dan il-programm għaddew 400 student. Hu pożitttiv, sostna l-Ministrru Fenech, li l-Oppożizzjoni qed tipproponi propju dak li qed iwettaq il-gvern.

Id-dibattitu ffoka wkoll fuq id-dejn fejn id-deputat Laburista Mangion kkritika l-istrateġija tal-gvern dwar id-dejn iżda sostna li hu pożittiv li d-dejn hu wieħed lokali u mhux bħal dawk tal-gvernijiet ta' Spanja u l-Greċja.  Minkejja dan, sostna Charles Mangion, il-gvern irid jikkunsidra wkoll id-downgrade li saret fuq l-ekonomija Maltija.

Il-Ministru Fenech sostna li fl-aħħar erba' snin il-gvern kien impenjat li jsalva l-impjiegi u joħloq ix-xogħol.

Id-Deputat Laburista Charles Mangion kkritika lill-Gvern fuq il-burokrazija bil-Ministru Fenech jispjega li  l-istrateġija tal-gvern hi li din titnaqqas. 

Dan qed jitwettaq bil-fatti, sostna l-Ministru Fenech, li spjega kif fl-inizjattiva Business First hemm miġbura 56 servizz li qabel kienu jingħataw minn 27 dipartiment differenti. Kien hemm 3000 impenditur li gawdew minn dawn is-servizzi.

Il-Ministru Fenech tkellem ukoll dwar l-investiment u qal li fl-aħħar tliet snin kienu approvati 131 fabbrika ġdida b'investiment ta' 323 miljun ewro li se joħolqu 3600 impjieg ġdid.

Il-PL jibqa' jirrifjuta li jippubblika l-proposti ekonomiċi tiegħu
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Charles Mangion jerġa' jsir Membru Parlamentari
Ktieb dwar ir-rulings kollha tal-aħħar sena
L-40 anniversarju tal-Air Malta mfakkar bil-kuluri oriġinali
Il-Partit Nazzjonalista b'reazzjoni għar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-Wasteserv
L-Isqfijiet jirreaġixxu għal-liġi tal-Unjoni Ċivili
Punti ewlenin
19:03 Il-Partit Nazzjonalista b'reazzjoni għar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-Wasteserv
20:43 L-40 anniversarju tal-Air Malta mfakkar bil-kuluri oriġinali
16:54 L-Isqfijiet jirreaġixxu għal-liġi tal-Unjoni Ċivili
18:08 Mil-lum fiċ-ċinema
iktar aħbarijiet
22:12 Charles Mangion jerġa' jsir Membru Parlamentari
22:06 Ktieb dwar ir-rulings kollha tal-aħħar sena
20:43 L-40 anniversarju tal-Air Malta mfakkar bil-kuluri oriġinali
19:03 Il-Partit Nazzjonalista b'reazzjoni għar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-Wasteserv
18:33 Jingħalaq Abu Ghraib
16:54 L-Isqfijiet jirreaġixxu għal-liġi tal-Unjoni Ċivili
16:39 Il-Ministru Joe Mizzi għandu jkun trasparenti fuq it-telf fit-trasport pubbliku
16:18 Holmes ma kienx ittratat kif suppost – il-familja kellha tbiegħ il-propjeta’ biex tiffinanzja l-każ - Id-difiża
16:13 Somalu jerġa’ jispiċċa l-ħabs – din id-darba jisraq arloġġ ta’ €4,000 minn fuq jott
15:57 Protesta minn studenti Libjani quddiem l-iskola Libjana f'Ta' Ġiorni
Editorjal

Tliet voti konsistenti

Tliet voti konsistenti
Opinjoni

Taqbel mad-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li jaħżen il-gass fil-bajja ta' Marsaxlokk?

Iva
Le
Ma nafx