MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin miftuħ għall-pubbliku


5 ta' Mejju, 2012  09:56 CET

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin matul il-jum tas-Sibt, se jkun qed jilqa' lil pubbliku ġewwa Palazzo Parisio fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, fejn uffiċjali tal-Ministeru se jkunu qed jilqgħu lil pubbliku u jiddiskutu magħhom l-politika barranija ta' pajjiżna. Dawk kollha li jattendu se jkollhom ċ-ċans wkoll li jsemmgħu leħinhom kif ukoll jaqsmu l-ideat tagħhom.

Anke matul il-jum tas-Ġimgħa 4 ta' Mejju, il-Ministeru kien miftuħ mid-9 ta' filgħodu sal-ħamsa ta' wara nofsinhar biex imbagħad għall-ħabta tat-tmienja nieqes kwart ta' filgħaxija ttella'  kunċert mużikali b'tifkira tal-President Emeritus Dr. Ċensu Tabone fi Triq il-Merkanti, quddiem il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Dan il-kunċert kien miftuħ għall-pubbliku u kien mingħajr ħlas.

Preżenti għal dan il-kunċert kien hemm wkoll il-President Emeritus Eddie Fenech Adami u l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Tonio Borg li fid-diskors tiegħu tkellem dwar il-ħidma siewja ta' Ċensu Tabone fil-politika.

Ċensu Tabone kien Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista', okkupa l-kariga ta' Viċi Kap tal-Partit bejn l-1972 u l-1976 u President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista' bejn 1977 u l-1987.

Matul il-jum tas-Sibt il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin se jkun miftuħ bejn id-disa' ta' filgħodu sas-siegħa ta' wara nofsinhar u se jitqassam ukoll materjal informattiv dwar il-ħidma tal-Ministeru matul dawn l-aħħar snin. 

Dan il-materjal informattiv se jinkludi wkoll tagħrif dwar il-politika barranija ta' Malta fosthom matul din il-leġiżlatura fejn matulha l-Gvern iffirma iktar minn 170 ftehim bilaterali, filwaqt li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin permezz tal-Ambaxxati Maltin madwar id-dinja għin f iktar minn 17-il elf każ ta' għajnuna mitluba minn ċittadini Maltin. 

L-għan prinċipali ta' din l-attivita' huwa li l-pubbliku Malti u Għawdxi jifhem aħjar x'servizzi u ħidma jista' joffri l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

Bookmark Print page Email page
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin miftuħ għall-pubbliku
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Eddie Fenech Adami jaqleb għall-aħjar
Għada l-elezzjonijiet tal-Viċi kapijiet ġodda tal-PN
Tnejn jiddaħħlu l-Isptar wara ħabta bejn l-Imrieħel u Ħal Qormi
Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
Punti ewlenin
14:48 Eddie Fenech Adami jaqleb għall-aħjar
13:27 Tnejn jiddaħħlu l-Isptar wara ħabta bejn l-Imrieħel u Ħal Qormi
11:53 Il-Gvern qed jagħżel li jidħol fl-Excessive Deficit Procedure?
14:18 Għada l-elezzjonijiet tal-Viċi kapijiet ġodda tal-PN
iktar aħbarijiet
15:05 Distributuri tal-gass mixlijin li iffrodaw lill-Gasco
15:05 Barrani mfittex fuq pedofelija jibqa’ miżmum taħt arrest
14:48 Eddie Fenech Adami jaqleb għall-aħjar
14:18 Għada l-elezzjonijiet tal-Viċi kapijiet ġodda tal-PN
13:27 Tnejn jiddaħħlu l-Isptar wara ħabta bejn l-Imrieħel u Ħal Qormi
12:28 Vittmi t'abbużi sesswali minn patrijiet jagħmlu talba għall-kumpens
11:53 Il-Gvern qed jagħżel li jidħol fl-Excessive Deficit Procedure?
20:21 Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
20:19 Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
19:52 Jgħajjar lill-Mexxejja bħala 'inkompetenti'
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.