maltarightnow.com
23 t' April, 2012
18:39 CET |
Il-Gozo Business Chamber esprima sodisfazzjon għall-fatt li Għawdex se jkun rappreżentat fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD.
Dan fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Gvern li jressaq emendi għall-mod kif inhu kompost l-MCESD biex isiru membri l-Forum Unions Maltin u r-rappreżentanti t'Għawdex u tas-Soċjeta' Ċivili.
Il-Gozo Business Chamber qal li kien ilu jisħaq fuq l-importanza li Għawdex ikun rappreżentat fl-MCESD minħabba li Għawdex għandu sfdidi individwali li jifhmuhom l-aħjar persuni li jesperjenzawhom ta' kuljum.
Fl-istqarrija, il-Gozo Business Chamber qal li l-mozzjoni tal-Gvern tindika li r-rappreżentant t'Għawdex se jkun membru tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex, li jinkludi l-istakeholders kollha f'Għawdex. Dan għandu jwassal biex il-vuċi u l-interessi tal-Għawdxin ikunu verament rappreżentati fi ħdan l-MCESD.
|