10 ta' Mejju, 2012
19:46 CET |
Fin-Norveġja kompla l-ġuri ta' Anders Breivik li jinsab akkużat bil-massakru ta' 69 persuna f'Lulju tas-sena l-oħra. Il-ġuri issokta bl-analiżi tal-vittmi li inqatlu, illi kellhom eta' medja ta' 18-il sena. Mill-Qorti ħareġ li Breivik qatel 67 ruħ bl-isparar kontinwu tiegħu, persuna oħra mietet mgħarqa filwaqt li ieħor miet wara li waqa meta kien qed jaħrab mill-agressur.
|