MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali
Blue Flag

Iżjed bajjiet tal-ogħla kwalita'

Luca CARUANA
4 ta' Mejju, 2012  16:26 CET

Il-bajjiet Maltin huma parti integrali mill-prodott turistiku Malti. GĦalhekk hu importanti li jkollna bajjiet tal-ogħla kwalita'.

Dan qalu l-Ministru tat-TuriŻmu, l-Ambjent u l-Kultura, Mario de Marco, waqt konferenza tal-aħbarijiet f'Għajn Tuffieħa li matulha ħabbar li din is-sena il-bajjiet f'Malta li ngħataw ir-rikonoxximent tal-Blue Flag żdiedu minn 2 għal 6 – fosthom din il-bajja.

Preżenti kien hemm ukoll il-President tan-Nature Trust Malta, Vince Attard u diversi uffiċjali tal-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu.

Il-Ministru de Marco fakkar li sar investiment ta' 700,000 ewro biex Malta jkollha bajjiet tal-aqwa kwalita'. 

Il-Blue Flag hi għaqda li tippremja bajjiet madwar id-dinja li jilħqu 30 kriterju li jistgħu jinqasmu taħt 4 kategoriji. 

L-ewwel kategorija hija dik tal-immaniġġjar effiċjenti tal-bajja b'faċilitajiet anke għall-persuni b'diżabilita'. Kategorija oħra hi dik marbuta mal-edukazzjoni u informazzjoni fuq l-ekoloġija tal-bajja. It-tielet waħda tesiġi li l-baħar tal-bajja jkun tal-ogħla kwalita', u l-aħħar kategorija hi dwar is-sigurta' biex ikun żgurat li l-bajja tkun ħielsa minn kull periklu.

Fost il-bajjiet li jaqgħu taħt il-Blue Flag f'Malta hemm Golden Bay u Paradise Bay fiċ-Ċirkewwa. Issa Għawdex ukoll għandha bajja taħt il-Blue Flag - ir-Ramla l-Ħamra.

Barra minn hekk Malta għandha wkoll 3 bajjiet li ngħataw il-premju ta' bajja ta' kwalita'. Dawn il-bajjiet laħqu 70% mill-kriterji tal-Blue Flag.

Il-President tan-Nature Trust, Vince Attard, qal li l-programm tal-Blue Flag f'Malta beda mill-2006 u minn dak iż-żmien 'l hawn saru avvanzi kbar. Vince Attard irringrazzja lill-Ministru Mario De Marco tal-kontribut li ta biex jkun hemm aktar bajjiet tal-ogħla kwalita f'Malta. Hu esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-Gvern investa miljuni ta' ewro biex d-drenaġġ jissaffa qabel jispiċċa fil-baħar.

Bookmark Print page Email page
Iżjed bajjiet tal-ogħla kwalita'
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
Id-deċiżjoni għaż-żieda ta' sulari fil-lukandi ġiet approvata mill-Gvern preċedenti
Din l-Art Ħelwa topponi li l-monti jmur ħdejn Bieb il-Belt
Il-Gvern jippjana Charter għad-Drittijiet tal-Ħaddiema u emendi għal-Liġi il-Kooperattivi
Punti ewlenin
11:53 Il-Gvern qed jagħżel li jidħol fl-Excessive Deficit Procedure?
12:28 Vittmi t'abbużi sesswali minn patrijiet jagħmlu talba għall-kumpens
11:24 Jingħalaq wieħed mit-teatri tal-operazzjonijiet f'Mater Dei
11:07 Ħabsin Maltin Eżiljati l-Awstralja
iktar aħbarijiet
12:28 Vittmi t'abbużi sesswali minn patrijiet jagħmlu talba għall-kumpens
11:53 Il-Gvern qed jagħżel li jidħol fl-Excessive Deficit Procedure?
20:21 Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
20:19 Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
19:52 Jgħajjar lill-Mexxejja bħala 'inkompetenti'
19:47 Id-deċiżjoni għaż-żieda ta' sulari fil-lukandi ġiet approvata mill-Gvern preċedenti
19:36 Jipprova jixpruna n-negozjati għall-paċi
19:06 'Ma nċedu qatt quddiem it-terroriżmu' – Cameron
18:08 Din l-Art Ħelwa topponi li l-monti jmur ħdejn Bieb il-Belt
17:43 Il-Gvern jippjana Charter għad-Drittijiet tal-Ħaddiema u emendi għal-Liġi il-Kooperattivi
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.