MaltaRightNow.com sezzjoni: Ekonomija
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Ekonomija

GlobalCapital Life Insurance Ltd tiddikjara bonus annwali ta' 2.1%

Hermann MICALLEF
4 t' April, 2012  11:07 CET

GlobalCapital Life Insurance Ltd iddikjaraw rata tal-bonus riversjonarju annwali ta' 2.1%, pagabbli fuq il-poloz tal-assigurazzjoni kollha tagħhom li huma suġġetti għall-imgħax u li kienu fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru, 2011.

Dan il-bonus japplika fuq il-firxa kollha ta' poloz suġġetti għall-imgħax, bl-eċċezzjoni ta' dawk fejn il-polza stess tiggarantixxi bonus ogħla, bħal fil-każ tal-MoneyPlus, li joffri rata garantita ta' 3.5%. Ir-rata tal-bonus riversjonarju ddikjarata għal poloz imħallsin hi ta' 1.25%.

Ir-rata medja tal-bonus annwali ddikjarat minn GlobalCapital Life Insurance Ltd fl-aħħar għaxar snin (bejn l-2002 u l-2011) kienet ta' 3.985%.

Skont Bashar Khatib, il-Kap Uffiċċjal Eżekuttiv ta' Global Capital plc fl-2011, is-swieq finanzjarji madwar id-dinja kollha raw volatilità u ċaqliq, u s-sena ntemmet bi prestazzjoni mħallta. Hu żied li s-swieq tal-proprjetà baqgħu staġnati u komplew jiddgħajfu. Is-swieq finanzjarji ta' Malta raw tnaqqis ta' kważi 18% fl-2011 filwaqt li s-swieq tal-proprjetà komplew għaddejjin minn żmien ta' staġnar u pressjoni 'l isfel, kemm fis-suq tal-bejgħ kif ukoll f'dak tal-kiri.

Meta tiddikkjara dan il-bonus riversjonarju annwali, il-kumpanija tqis il-prestazzjoni tal-assi tal-investiment miżmuma fi ħdan il-Life Fund tagħha. Il-Life Fund hu magħmul minn strumenti tal-investiment diversifikati u magħżulin bir-reqqa, li jinkludu bonds, ishma, fondi, proprjetà immobbli u depożiti bankarji.

It-taħlita ta' għodda tal-investiment ta' dan it-tip, kif ukoll il-klassifika tal-assi, jiġu segwiti mill-viċin u approvati mill-Kumitat tal-Investiment tal-kumpanija. Ladarba jiġu ddikjarati, il-bonusijiet riversjonarji huma garantiti mill-kumpanija sakemm il-polza tinżamm sal-maturità.

Ir-rata tal-bonus riversjonarju ddikjarata tapplika għal kull tip ta' polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja suġġetta għall-imgħax offruta mill-kumpanja, bi premium regolari jew inkella bi premium ta' darba.

Bookmark Print page Email page
GlobalCapital Life Insurance Ltd tiddikjara bonus annwali ta' 2.1%
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Il-Gvern qed jagħżel li jidħol fl-Excessive Deficit Procedure?
Malta għandha ekonomija reżiljenti, sistema bankarja b'saħħitha u rata baxxa ta' qgħad
Jogħla bi 3% l-indiċi tal-prezzijiet f'April
L-Unjoni Ewropea tbassar żieda fid-deficit
Il-BĊE inaqqas ir-rati tal-imgħax f'livell rekord baxx
Punti ewlenin
11:53 Il-Gvern qed jagħżel li jidħol fl-Excessive Deficit Procedure?
12:28 Vittmi t'abbużi sesswali minn patrijiet jagħmlu talba għall-kumpens
11:24 Jingħalaq wieħed mit-teatri tal-operazzjonijiet f'Mater Dei
11:07 Ħabsin Maltin Eżiljati l-Awstralja
iktar aħbarijiet
12:28 Vittmi t'abbużi sesswali minn patrijiet jagħmlu talba għall-kumpens
11:53 Il-Gvern qed jagħżel li jidħol fl-Excessive Deficit Procedure?
20:21 Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
20:19 Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
19:52 Jgħajjar lill-Mexxejja bħala 'inkompetenti'
19:47 Id-deċiżjoni għaż-żieda ta' sulari fil-lukandi ġiet approvata mill-Gvern preċedenti
19:36 Jipprova jixpruna n-negozjati għall-paċi
19:06 'Ma nċedu qatt quddiem it-terroriżmu' – Cameron
18:08 Din l-Art Ħelwa topponi li l-monti jmur ħdejn Bieb il-Belt
17:43 Il-Gvern jippjana Charter għad-Drittijiet tal-Ħaddiema u emendi għal-Liġi il-Kooperattivi
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.