Marion ZAMMIT
30 t' April, 2012
17:56 CET |
F'Għawdex fl-aħħar erba' snin kien hemm żieda fin-numru ta' nies f'impjieg. Il-Gvern, permezz tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, l-ETC, u anke permezz ta' Malta Enterprise, ħoloq skemi diversi biex jgħin fil-ħolqien tax-xogħol f'Malta, b'inċentivi addizzjonali fil-każ t'Għawdex.
Permezz tal-Employment Aid Programme, imħallas minn fondi tal-UE u tal-Gvern, l-ETC għenet lil diversi nies f'Għawdex biex isibu mpjieg f'Għawdex stess.
Matthew Sciberras beda jaħdem ma' kumpanija f'Għawdex permezz ta' din l-iskema, kif jixhed dan il-filmat.
B'kollox, fl-aħħar erba' snin, l-ETC kellha kważi 2,300 vacancy f'Għawdex. U fl-aħħar erba' snin, 700 ħaddiema f'Għawdex irnexxielhom jsibu xogħol wara għajnuna mill-ETC, li ħarġet ukoll qrib 4,000 persuna.
Bl-Employment Aid Programme waħdu, fl-aħħar snin, kien hemm 150 intrapriża f'Għawdex li flimkien impjegaw 450 ħaddiem Għawdxi, bil-programm jagħti sussidju fuq il-paga tal-ħaddiem, fil-każ t'Għawdex, għall-ewwel sena ta' xogħol.
|