MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Evarist Bartolo b'attakki personali fuq Richard Cachia Caruana u l-ġudikatura

Charles MUSCAT
19 ta' Mejju, 2012  18:40 CET

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija kkundanna l-attakki li d-Deputat Laburista  Evarist Bartolo għamel is-Sibt filgħodu fuq ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana, u fuq il-ġudikatura, waqt programm fuq l-istazzjon Laburista.

Il-PN qal li l-Partit Laburista qed jimxi bi strateġija li jagħmel attakki sistematiċi biex jipprova jħammeġ lil min hu serju f'xogħlu u lil min qed jagħti kontribut siewi lill-pajjiż.

Joseph Muscat jipprova jilagħbha tal-moderat iżda fil-verita` dawwar lilu nnifsu b'estremisti u jħossu komdu b'dawk ta' madwaru jagħtuh il-pariri u jitkellmu f'ismu.

Dwar l-attakk tal-esponent ewlieni Laburista fuq Richard Cachia Caruana, il-PN qal li dan sar fl-istess żmien meta l-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin qed jisma' x-xhieda dwar mozzjoni li saret fuq premessi żbaljati u tressqet mid-Deputat Laburista George Vella li kien għajjar lill-istudenti Maltin 'faxxisti, ħamalli, injoranti, arroganti, baxxi, mhux superjuri u abjetti'.

Fl-istess programm Evarist Bartolo fetaħ attakk ukoll fuq il-ġudikatura, bil-PN jgħid li dan juri li l-Labour m'għandux rispett lejn l-istituzzjonijiet indipendenti ta' pajjiżna. Ma jemminx li l-ġudikatura qegħda hemm biex tħares id-drittijiet taċ-ċittadini u l-attakki li saru fuq il-ġudikatura juru sa liema livell kapaċi jasal il-Labour.

Il-PN qal li jistenna li anke l-Mexxej Laburista Joseph Muscat jikkundanna dawn l-attakki ta' Evarist Bartolo.

Sadattant, ir-Rapprezentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana se jippreżenta kawża ta' libell kontra d-Deputat Laburista Evarist Bartolo.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea fejn intqal ukoll li waqt programm fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista, Evarist Bartolo irrikorra għal ġideb sfaċċat biex għamel attakk personali fuq ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea.

Fl-istqarrija intqal li f'dan l-attakk personali, Evarist Bartolo qabeż kull limitu. L-attakk li sar fuq Richard Cachia Caruna jingħaqad ma' sensiela li saru fl-aħħar jiem minn Deputati Laburisti oħra fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista.

Bookmark Print page Email page
Evarist Bartolo b'attakki personali fuq Richard Cachia Caruana u l-ġudikatura
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
'Belt Żgħira, Ambizzjoni Kbira'
Ftit siegħat oħra Gianluca jirrappreżenta lil Malta fil-Finali
Il-belt kulturali tal-Ewropa 2018 - ċertifikat ta’ ġieħ għall-ħidma tal-PN
Illum l-elezzjonijiet kmieni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista
Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
Punti ewlenin
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
iktar aħbarijiet
13:47 'Belt Żgħira, Ambizzjoni Kbira'
13:10 Ftit siegħat oħra Gianluca jirrappreżenta lil Malta fil-Finali
12:19 Il-belt kulturali tal-Ewropa 2018 - ċertifikat ta’ ġieħ għall-ħidma tal-PN
11:43 Illum l-elezzjonijiet kmieni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
21:34 L-anzjani jistgħu ’l quddiem ipattu ‘għan-nuqqas ta’ ħaddiema’
21:32 Tfittxija għan-nieqsa wara l-qilla tat-tornadoes
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.