MaltaRightNow.com sezzjoni: Għawdex
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Għawdex
Aġġornat

Erba' snin ħidma tal-Gvern f'Għawdex

maltarightnow.com
21 t' April, 2012  11:40 CET

Fl-aħħar erba' snin ix-xogħol f'Għawdex żdied u kienu diversi dawk li għamlu użu minn skemi u faċilitajiet tal-Gvern biex iħarrġu jew jimpjegaw iktar ħaddiema.

Il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono qalet dan fil-preżentazzjoni tar-rapport tar-raba' sena ħidma tal-Ministeru tagħha li ta ħarsa wkoll lejn l-aħħar erba' snin. 

Fil-konferenza tal-aħbarijiet, li saret fi Ġnien it-Tliet Għoljiet f'Marsalforn, li mistenni jinfetaħ fil-qrib, Giovanna Debono qalet ukoll li l-ETC f'Għawdex kellha talba għal kważi 2,300 ħaddiem minn min iħaddem f'Għawdex u fl-aħħar erba' snin il-Korporazzjoni sabet ix-xogħol lil 700 ħaddiem.

Fl-istess żmien, kien hemm kważi erbat elef ħaddiem li attendew korsijiet tal-ETC. Filwaqt li 700 omm gawdew mill-iskema ta' tnaqqis ta' sena mill-income tax għaliex baqgħu f'impjieg, u iktar minn mitejn sid ta' negozju qed jinvestu €2 miljun b'għajnuna bl-iskema Microinvest. Fiz-zona industrijali tax-Xewkija hemm jaħdmu kważi 500 ħaddiem.

Giovanna Debono qalet li minbarra l-ħidma tal-Gvern biex anke f'Għawdex jinħoloq ix-xogħol, il-Ministeru għal Għawdex ħadem fuq oqsma differenti bi prijorita' tingħata lit-tkabbir ekonomiku u t-turiżmu, il-qasam soċjali, l-ambjent, l-edukazzjoni u s-saħħa.

Hi rreferiet għas-servizzi ġodda fil-qasam tas-saħħa li ġabet magħha t-taqsima ġdida tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex fosthom li issa f'Għawdex jistgħu jsiru CT Scans u X-Rays b'kollegament dirett mal-Isptar Mater Dei, u bdew isiru testijiet tal-mammografija bħala prevenzjoni għall-kura tal-kanċer. Fil-qrib mistennija jibdew isiru testijiet tal-bone density f'Għawdex hekk kif il-Gvern ħareġ is-sejħiet għall-offerti.

Dan minbarra t-titjib infrastrutturali li għaddej fl-isptar fosthom fil-kuriduri filwaqt li ċaħdet allegazzjonijiet dwar id-dipartiment CSSD fejn qalet li kollox qed jiffunzjona kif suppost mingħajr ebda biża' ta' infezzjonijiet.

Giovanna Debono semmiet ukoll proġetti oħra fosthom l-iskola l-ġdida sekondarja tas-subien li nbniet fl-aħħar snin, u l-bidu ta' xogħol meħtieġ għall-bini ta' Sixth Form ġdida. Hija qalet li meta wieħed jitkellem dwar il-qasam edukattiv ma jistax jinsa s-suċċessi li qed iġibu studenti Għawdxin mil-lat akkademiku u l-fatt li dawn qed jiżdiedu fl-Universita' ta' Malta, li llum huma d-doppju ta' kemm kienu 10 snin ilu. Kif ukoll l-istipendju li żdied, u li beda jingħata lil kull student Għawdxi f'Malta inkluż dawk fl-MCAST jew fl-ITS.

Giovanna Debono rreferiet għall-ħidma tal-Gvern bit-twettieq tal-istrateġija Eko-Għawdex, il-proġetti tat-toroq prinċipali fosthom it-triq għal San Lawrenz, għax-Xlendi, għal Ta' Pinu, it-triq li saret bejn l-Imġarr u x-Xewkija u t-tkomplija tagħha sar-Rabat, u t-triq tad-Dwejra u dik tar-Ramla. Filwaqt li semmiet il-ħolqien ta' spazji pubbliċi għall-familja fosthom fit-tisbiħ ta' Ġnien Villa Rundle, il-Ġnien Tliet Għoljiet f'Marsalforn, u spazji oħra li qed jiġu afforestati inkella li qed isir tisbiħ tal-ambjent fihom.

Hi rreferiet ukoll għall-proġett ta' restawr tas-swar taċ-Ċittadella u ta' siti oħra ta' valur storiku, il-bidu tal-proġett taż-Żewwieqa Waterfront u t-tlestija tal-biċċerija, iktar reklamar għal Għawdex bħala destinazzjoni turistika, il-bidla fit-trasport pubbliku f'Għawdex u ż-żieda ppjanata għall-vetturi abbord il-vapuri tal-Gozo Channel, u l-ħidma biex issaħħu s-servizzi soċjali f'Għawdex fosthom b'ċentru biex jgħinu familji b'diffikultajiet soċjali u ċentru ġdid għal persuni b'diżabilta'.

Bookmark Print page Email page
Erba' snin ħidma tal-Gvern f'Għawdex
multimedia
  Filmat
 
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Kampanja u proġetti relatati man-National Nitrates Action Plan
Tfal mill-parroċċi ta' Għawdex jirċievu l-Griżma tal-Isqof minn idejn ħames Isqfijiet
Jinġabru €5,000 wara mixja u car wash f’Għawdex b’risq Puttinu Cares
Studenti Għawdxin itellgħu 'play' b'risq Puttinu Cares
Konfużjoni dwar iċ-Ċentru tas-Saħħa f’Għawdex
Punti ewlenin
18:29 Persuni li mietu jew diġa' ġew operati fil-listi ta' stennija tal-isptar
14:26 Iktar dubji dwar kemm il-Labour fil-Gvern se jżomm kelmtu dwar l-edukazzjoni
12:08 Il-Bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan kisbet il-premju speċjali ta' Bajja ta' Eċċellenza
15:43 Żjara ta' korteżija mill-PM fid-Dar Ċentrali tal-PN
iktar aħbarijiet
18:44 Kumpens ta' €38,630 wara li ttajjar fuq iz-‘zebra crossing’
18:40 Meħlusa mill-arrest koppja mixlija bi traffikar ta’ droga
18:29 Persuni li mietu jew diġa' ġew operati fil-listi ta' stennija tal-isptar
18:18 L-SHPN jikkundanna t-transfers politiċi li qed jingħataw il-ħaddiema
18:12 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
17:58 The Bubble Charity Festival fil-Buskett
17:27 Mitluba kjarifika mill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riżenja tar-Chairman tal-MCA
17:21 Tliet Segretarjati Privati mimlijin kollha b'impjegati minn barra s-servizz pubbliku
17:06 Revokata sentenza effettiva ta' ħabs għal waħda sospiża għall-qattiel tal-kelba ''Star''
15:43 Żjara ta' korteżija mill-PM fid-Dar Ċentrali tal-PN
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.