MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Edward Scicluna jipprova jqarraq bil-fatti

L-Oppożizzjoni lesta ttellef l-istabbilità tal-pajjiż, għad-dannu tal-ħaddiema

Jerome CARUANA CILIA
4 ta' Mejju, 2012  18:29 CET

L-MEP Edward Scicluna qed jipprova jqarraq bi tweġiba tal-Kummissjoni Ewropea li tgħid proprju l-oppost ta’ dak li qed jghid hu stess!

Fi stqarrija, il-Ministeru tal-Finanzi l-Ekonomija u l-Investiment qal li mhux veru dak li qal l-MEP Laburista li r-reviżjoni parzjali tal-budget saret wara xi twissija tal-Kummissjoni Ewropea. F’Jannar, ir-risposta tal-istess Kummissjoni li ppubblika hu stess ixxejjen l-istess allegazzjoni tiegħu. Filfatt, il-Kummissjoni qalet li hi kienet wettqet assessment dwar il-finanzi tal-pajjiż u l-konklużjoni tagħha kienet li l-Gvern Malti ħa miżuri tajba u f’waqthom biex ma jkunx hemm żbilanċ eċċessiv.

Dan ifisser li mhux talli l-Kummissjoni ma wissitx lill-Gvern Malti fuq il-qagħda finanzjarja tiegħu, i'>da esprimiet il-fiduċja li d-deċiżjonijiet u l-politika tal-Gvern Malti fil-qafas tal-Baġit 2011 għandhom iwasslu biex is-sitwazzjoni finanzjarja titjieb b’tali mod li din is-sena d-defiċit jerġa’ jitniżżel taħt il-limitu ta’ 3% tal-Prodott Domestiku Gross, li huwa l-limitu aċċettabbli fil-qafas tal-Patt ta’ Tkabbir u Stabilità. Filfatt, hekk kien il-ka'>, u dan kienet ikkonfermat matul April fejn il-Kummissjoni Ewropea ċċertifikat li Malta għaqet l-2011 b’defiċit ta’ 2.7% u kienet waħda minn sitt pajjiżi biss fiż-żona tal-ewro li rnexxilha tagħmel dan.

L-istqarrija tkompli tgħid li l-Fond Monetarju Internazzjonali mar pass oltre, u ddefinixxa t-tnaqqis fid-defiċit ta’ pajjiżna bħala wieħed bl-aqwa tisħiħ fil-qagħda finanzjarja fost il-pajjiżi avvanzati. Fi previżjonijiet dwar it-tkabbir ekonomiku għall-2012, l-IMF qed tipprevedi li Malta jkollha t-tielet l-akbar tkabbir fiż-żona ewro għall-2012.

Din id-dikjarazzjoni tal-MEP Laburista, tgħid l-istqarrija, tixhed l-isforz kontinwu tal-Oppożizzjoni li tagħti stampa negattiva dwar pajjiżna, u biex tagħmel dan lesta toħloq qlajjiet li mhumiex minnhom. Biex tikseb gwadann politiku, l-Oppożizzjoni lesta ttellef l-istabbilità tal-pajjiż, għad-dannu tal-postijiet tax-xogħol tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Bookmark Print page Email page
Edward Scicluna jipprova jqarraq bil-fatti
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Malta fir-raba' post fis-semi-finali tal-Eurovision 2013
Malta fit-tmien post tal-Eurovision Song Contest 2013!
X'jaħsbu n-nies dwar il-Eurovision ta' llejla?
Il-Knisja tfakkar il-festa tal-Għid il-Ħamsin
Konferenza dwar is-Sigurta' fl-Ikel mill-Assoċjazzjoni għad-Drittijiet tal-Konsumatur
Punti ewlenin
00:26 Malta fit-tmien post tal-Eurovision Song Contest 2013!
01:33 Malta fir-raba' post fis-semi-finali tal-Eurovision 2013
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
iktar aħbarijiet
01:33 Malta fir-raba' post fis-semi-finali tal-Eurovision 2013
00:26 Malta fit-tmien post tal-Eurovision Song Contest 2013!
19:53 X'jaħsbu n-nies dwar il-Eurovision ta' llejla?
19:47 Il-Knisja tfakkar il-festa tal-Għid il-Ħamsin
19:32 Konferenza dwar is-Sigurta' fl-Ikel mill-Assoċjazzjoni għad-Drittijiet tal-Konsumatur
19:26 Splużjoni fuq il-Qamar
19:25 Nannakola Asjatika qed tagħmel ħerba fil-Ġermanja
19:23 Hollande jillegalizza ż-żwieġ bejn omosesswali
19:22 Il-Korea ta' Fuq tispara tliet missili
19:19 Tama għal Madeleine McCann
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.