MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Bidliet pożittivi li ġabet magħha l-Liġi tal-Edukazzjoni


20 t' Awwissu, 2012  18:44 CET

Fil-bidu ta' dan ix-xahar daħlu fis-seħħ il-bidliet li ġabet magħha l-Liġi ġdida tal-Edukazzjoni li fost l-oħrajn wasslu biex il-Kunsill Studenti Universitarji kompla jsaħħaħ il-vuċi tiegħu fl-Universita' b'żieda fir-rappreżentanza tal-istudenti.

Għall-KSU din hija forma tajba, li kienet mistennija, u li se twassal għal formazzjoni aktar sħiħa u ħolistika fil-livell terzjarju.

Il-KSU saħaq li bis-saħħa ta' din ir-riforma r-rappreżentanza tal-istudenti saret aktar inklussiva fejn aktar studenti jistgħu jipparteċipaw u jsemmgħu aktar leħinhom fuq affarijiet li jolqtu lilhom fl-Universita'.

Il-liġi l-ġdida approvata mill-Parlament ġabet magħha żieda ta' rappreżentant tal-istudenti fil-Kunsill, żieda ta' rappreżentant tal-istudenti fis-Senat u żieda ta' rappreżentant tal-istudenti fil-bord ta' kull fakulta'. B'hekk l-istudenti huma rappreżentati aħjar f'kull livell tal-Universita'.

Il-KSU fi stqarrija qal li l-Att dwar l-Edukazzjoni ġab miegħu ukoll titjib ieħor, speċjalment fejn għandu x'jaqsam mal-kwalita' tal-edukazzjoni, r-regolamenti dwar l-akkreditazzjoni u r-rikonoxximent tat-tagħlim informali u formali.

Il-Kunsill qal li qed iħares 'il quddiem biex ikompli jagħti l-kontribut tiegħu għal aktar titjib, b'mod partikolari għat-tisħiħ tal-vuċi tal-istudent bħala sieħeb fl-edukazzjoni ogħla. Skont il-KSU, dawn l-emendi se jwasslu għal esperjenza aħjar ta' tagħlim fit-tul, u finalment sistema edukattiva inklussiva aktar milli għandna llum.

Bookmark Print page Email page
Bidliet pożittivi li ġabet magħha l-Liġi tal-Edukazzjoni
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Irkottafest f'Ħal Kirkop
"Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
Festa Fjuri fl-Iklin
Nirien kbar jaħkmu appartament f'Burmarrad
Punti ewlenin
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
13:37 Ħadd ma weġġa' f'inċident tat-traffiku fin-Naxxar
13:43 Nirien kbar jaħkmu appartament f'Burmarrad
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
14:14 Festa Fjuri fl-Iklin
13:43 Nirien kbar jaħkmu appartament f'Burmarrad
13:37 Ħadd ma weġġa' f'inċident tat-traffiku fin-Naxxar
12:14 Fun Walk b'risq id-Dar tal-Providenza mill-iskola Primarja tas-Siġġiewi
11:55 Il-PN jifraħ lil Gianluca Bezzina
11:25 Tnaqqis drastiku għar-riċerka fl-Universita'
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.