MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Attakk mill-PL fuq diversi programmi ta' PBS

Kenneth XUEREB
15 ta' Ġunju, 2012  18:49 CET

Dissett, Bondi +, TVAM u Sellili. Dawn il-programmi kollha tal-istazzjon nazzjonali kienu fil-mira ta’ attakk mill-kelliem Laburista għax-Xandir Gino Cauchi li akkużahom bi żbilanc għaliex kellhom iktar mistednin mill-Partit Nazzjonalista milli mistednin ta’ simpatiji Laburisti.
 
Gino Cauchi ikkritika wkoll l-aħbarijiet tal-PBS fejn qal li hemm ħafna iktar kummenti tal-Ministri fl-Aħbarijiet milli tal-kelliema Laburisti. Qal ukoll li fuq l-istazzjon nazzjonali, jidher il-pożittiv biss tal-Gvern.

Il-kelliem Laburista irrefera għac-ċifri tad-dehriet li saru minn deputati fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti li ta l-Prim Ministru Lawrence Gonzi fi tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari magħmula minn Gino Cauchi stess.

Cauchi qal li l-PM ipprova jqarraq billi jinkludi lid-deputat Laburista Michael Falzon meta kien qed jitkellem fuq suġġett li mhux ta’ natura politika bħal-logħob tan-nar filwaqt li inkluda lil kelliema oħrajn li kienu qed jitkellmu fuq suġġetti bħal animali welfare għax għandhom simpatiji Nazzjonalisti. 

Hu qal li ċ-chairman, il-Bord tad-Diretturi u l-Bord Editorjali, il-Kap Eżekuttiv u l-Editur Reġistrat tal-PBS Natalino Fenech għandhom jerfgħu ir-responsabbilta’ ta’ dak li hu sejjaħ żbilanċ.

Fi stqarrija bi tweġiba, il-Partit Nazzjonalista qal li l-Partit Laburista qed ikun diżonest għaliex jibgħat f’ismu kandidati u uffiċjali laburisti għall-programmi fuq il-PBS u għaliex m’humiex deputati jilmenta li hemm żbilanċ kontra tiegħu.

Fi stqarrija oħra bi tweġiba, il-PBS qal li m’hu veru xejn li fl-aħbarijiet jixxandru risposti tal-gvern u jiġu njorati stqarrijiet tal-Oppożizzjoni.  Il-PBS qal li bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena, il-Kap tal-Oppożizzjoni deher fl-aħbarijiet 107 darbiet u l-PM deher 16-il darba inqas minn Joseph Muscat.

Il-PBS qal li hemm inqas politika fl-aħbarijiet u qabbel statistika tal-Awtorita’ tax-Xandir fejn fl-1997 kien hemm medja ta’ 183 storja fix-xahar – medja ta’ 6 stejjer kuljum – fuq il-Gvern laburista filwaqt li illum, hemm medja ta’ 34 storja dwar il-Gvern fix-xahar li hi medja ta’ ftit iktar minn waħda kuljum. 

Il-PN fakkar kif f’dawn l-aħħar xhur, il-Partit Laburista bagħat kandidati Laburisti bħala Yana Mintoff u Edward Scicluna, id-Deputat Mexxej Toni Abela u s-Segretarju Internazzjonali Alex Sceberras Trigona u mbagħad jippretendi li ma jiġux ikkunsidrati bħala kelliema laburisti għaliex m’humiex deputati.

Bookmark Print page Email page
Attakk mill-PL fuq diversi programmi ta' PBS
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
Merħba ta' eroj lil Gianluca
Irkottafest f'Ħal Kirkop
Punti ewlenin
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
19:46 Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
19:38 $408,000 għall-kitarra ta’ Lennon u ta’ Harrison
19:36 Għaliex m’għandekx tipposponi għal għada dak li jista’ jsir illum....
19:34 Arja ta’ pessimiżmu dwar il-futur wara r-rewwixta
18:41 Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.