MaltaRightNow.com sezzjoni: internazzjonali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Internazzjonali
IT-TUNEZIJA

Arrestata l-omm tal-eroj tar-Rebbiegħa Għarbija


14 ta' Lulju, 2012  17:14 CET

Omm iż-żgħażugħ Tuneżin li s-suwiċidju tiegħu ta bidu għar-Rebbiegħa Għarbija kienet arrestata wara li kienet involuta fi ġlieda ma' uffiċjal tal-qorti.

Salem Bouazizi, ħu Mohammed Bouazizi li l-mewt tiegħu bdiet ir-rivoluzzjoni fid-dinja Għarbija, qal li ommu kienet arrestata f'Sidi Bouzid, il-belt fejn bdiet ir-rivoluzzjoni Tuneżina.

Hu qal li ommu kienet wieġbet għal insult minn impjegat tal-qorti li imbagħad imbutta u għalaq il-bieb f'wiċċha. Dan wara li marret b'applikazzjoni.

Mohammed Bouazizi kien ta n-nar lilu nnifsu fis-17 ta' Diċembru tal-2010 wara li l-pulizija kienu sekwestrawlu l-karettun li kien imur ibiegħ biħ. Hu kien miet xahar wara.

Dan il-ġest kien ta bidu għal sensiela ta' protesti fit-Tuneżija li malajr waslu fil-kapitali u wasslu biex id-ditattur veterna Zine al-Abidine Ben Ali kellu jaħrab mill-pajjiż fl-14 ta' Jannar tal-2011.

Dan wassal biex f'pajjiżi Għarab oħra jibdew protesti simili kontra d-ditatturi li kien hemm u eventwalment waslu beix tneħħew id-ditatturi fl-Eġittu u l-Libja.

Il-qraba ta' dawk li nqatlu fir-rivoluzzjoni fit-Tuneżija qed jilmentaw li l-Gvern ftit li xejn għamel beix jagħtihom kumpens jew biex itejjeb is-sitwazzjoni fil-pajjiż.

Bookmark Print page Email page
Arrestata l-omm tal-eroj tar-Rebbiegħa Għarbija
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Bram aktarx il-kawża ta‘ traġedja f’familja
Il-Hezbollah involuti dejjem aktar fil-kunflitt Sirjan
Għajnuna mix-xemx kontra l-ażma
Tispara missila oħra
Rod Stewart lura fil-klassifika wara 34 sena
Punti ewlenin
18:29 Persuni li mietu jew diġa' ġew operati fil-listi ta' stennija tal-isptar
21:01 Proċess ta' għaqda u tiġdid fil-Partit Nazzjonalista – Mario de Marco
21:02 Ma niġix bi dritt li nsir Viċi-Kap imma għax nista nkun ta' servizz - Beppe Fenech Adami
19:56 Darlene Zerafa eskluża milli tapplika biex tmexxi d-dar Kenn għal Saħħtek
iktar aħbarijiet
21:02 Ma niġix bi dritt li nsir Viċi-Kap imma għax nista nkun ta' servizz - Beppe Fenech Adami
21:01 Proċess ta' għaqda u tiġdid fil-Partit Nazzjonalista – Mario de Marco
20:24 Taħditiet biex jiċċaqlaq il-monti tal-Belt
20:11 L-Oppożizzjoni urtata bin-nuqqas ta' preżenza tal-Prim Ministru
19:56 Darlene Zerafa eskluża milli tapplika biex tmexxi d-dar Kenn għal Saħħtek
19:36 Bram aktarx il-kawża ta‘ traġedja f’familja
19:33 Il-Hezbollah involuti dejjem aktar fil-kunflitt Sirjan
19:28 Għajnuna mix-xemx kontra l-ażma
19:26 Tispara missila oħra
19:24 Rod Stewart lura fil-klassifika wara 34 sena
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.