maltarightnow.com
23 t' April, 2012
22:06 CET |
Fl-ewwel seduta wara l-waqfa għall-vaganzi tal-Għid, il-Ministru Chris Said ressaq għall-Ewwel Qari l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD).
Permezz ta' dan l-abbozz, fuq inizjattiva li kien ħabbar il-Gvern aktar kmieni dan ix-xahar, il-Gvern qed jipproponi bidla fil-kompożizzjoni tal-MCESD bl-iskop li jissieħbu f'dan id-djalogu soċjali tliet membri ġodda – lill-FORUM, lir-rappreżentanti ta' Għaqwdex u lir-rappreżentant tas-soċjetà ċivili.
Dawn l-emendi huma riżultat ta' żviilupp naturali fil-proċess tat-twessigħ ta' djalogu soċjali parteċipattiv li għaddej minnu l-MCESD li kien jinkludi t-twaqqif tal-Kumitat għas-Soċjetà Ċivili u fl-2008 t-twaqqif tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex.
Il-Forum se jingħata siġġu fil-Kunsill bħala organizzazzjoni li tiġbor fi ħdanha numru ta' unions li issa hi wkoll rappreżentata fil-Kunsill għat-Trade Unions Ewropej (ETUC).
|