MaltaRightNow.com sezzjoni: Mill-Qorti
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Qorti

Anzjan jgħid li raġel armat u mgħammad ħadlu l-flus wara li ssielet miegħu fil-karozza

Ray ABDILLA
7 ta' Mejju, 2012  18:54 CET

Anzjan ta' 79 sena, li huwa sid ta' ristorant spjega fil-Qorti t-Tnejn wara nofsinhar kif f'Lulju tal-2004 kellu jissielet ma' ħalliel li kien armat u li dan fetaħlu l-bieba tal-karozza u ħadlu pouche li kien fiha l-flus.
Joseph Grixti kien qed jixhed quddiem l-Imħallef  Michael Mallia, f'ġuri li beda t-Tnejn filgħodu fejn Aaron Cassar ta' 32 sena minn Ħal Kirkop u Noel Frendo ta' 36 sena mill-Qawra, li jinsabu akkużati li fit-12 ta' Lulju tal-2004, huma wettqu ‘hold-up' fuq anzjan u serqulu ammont sostanzjali ta' flus kontanti u ċekkijiet.

Cassar u Kirkop, li huma akkużati b'għaxar kapi ta' akkużi, jinsabu mixlijin ukoll b'sekwestru ta' anzjan, serq ta' żewġ karozzi u pusses ta' oġġetti relatati mad-droga. Il-vittma tal-‘hold-up' huwa Joseph Grixti u li dak iż-żmien, minbarra li kien pensjonant, kellu negozju żgħir ta' bejgħ ta' ‘telecards' u ‘tours' minn uffiċċju żgħir fil-Qawra. Meta seħħ l-inċident, huwa kien għadu kif iddepożita parti minn somma flus li kien qiegħed iżomm f'basket żgħir.

Grixti li xehed fis-sessjoni ta' wara nofs inhar qal li din kienet it-tieni darba li kien safa misruq, wara li l-ewwel darba kienu ħadulu s-somma ta' Lm28,000.

Dwar dan il-każ qal li huwa kien mar fil-fergħa tal-HSBC f'Buġibba fejn kien ġibed Lm3,000 fi flus kontanti. Huwa kien poġġa l-flus f'pouche żgħir ta' kulur iswed.  Qal li kif telaq mill-bank saq lejn ir-ristorant li kellu u poġġa l-pouche fejn is-seat tal-passiġġier, xi ħaġa li s-soltu ma jagħmilx. F'daqqa' waħda karozza saqet għal quddiemu u kellu jieqaf għax ma setax jgħaddi.

Qal li ħareġ raġel mill-karozza, u ieħor baqa' fiha. Tenna li r-raġel li ħareġ mill-karozza kien mgħammad, fetaħlu l-karozza pprova jieħu l-pouche. Il-vittma qal li hu beda jgħajjat għall-għajjut, u dan ir-raġel mill-ewwel għamillu pistoila ma' rasu, meta dak il-ħin, qal l-anzjan hu beda jissara miegħu biex ma jħallihx jieħu l-pouche. 
Wara iżda r-raġel tah daqqa fuq idu, ħa l-pouche u telaq jiġri.

Grixti  qal li Pulizija kien mar fuqu u qallu li diġa kiienet inxtelgħet l-alarm. Ix-xhud qal li sakemm hu mar l-Għassa tal-Pulizija, l-istess Pulizija kien qallu li l-irġiel li wettqu l-“hold-up” fuqu kienu nqabdu.  Meta tawh il-pouche lura sab Lm200 neqsin.

L-Ispettur Raymond Cassar  li kien ix-xhud ewlieni hekk kif beda' ġuri b'rabta ma' hold-up fuq anzjan qal li wara li ċertu Joseph Grixti kien għaddej b'karozza u karozza oħra mblukkatlu t-triq, żareġ wieħed mill-aggressuri, li kien liebes balaklava u kien armat. Dan talab il-flus lill-anzjan, li min-naħa tiegħu beda jirreżisti u jgħatti l-basket, li kien fuq is-‘seat' tal-passiġġier, b'idejh stess.

Skont kif kien iddeskriva l-anzjan, l-aggressur kien mibrum u meta rah jirreżisti, beda jagħtih bil-pistola fuq idu x-xellugija u weġġgħu. Kien għalhekk li l-anzjan ma kelux għażla oħra ħlief li jgħaddilu l-basket bil-flus. L-aggressur daħal fil-karozza li kienet qiegħda tostakola t-triq u li kienet misjuqa minn persuna oħra u t-tnejn ħarbu minn fuq il-post.
Skont l-Ispettur Raymond Cassar, li dakinhar kien stazzjonat l-għassa tal-Qawra, wara li kien diġà iddepożita xi flus fil-fergħa tal-bank tal-HSBC f'Buġibba u kien qiegħed isuq fi Triq in-Nakkri, karozza tal-għamla Hyundai Accent ħarġitlu għan-nofs u mblokkatlu t-triq, b'mod li ma kellux biżżejjed spazju minn fejn jgħaddi. Kien hemm li wieħed mill-ħallelin attakkah.

L-Ispettur żied jgħid ukoll li waqt l-investigazzjonijiet, kienet ġie mitkellma persuna li kienet fuq il-pst, li rrakkontat kif semgħet lill-anzjan jgħajjat għall-għajnuna.

Huwa qal ukoll li l-karozza li saret l-‘hold-up' biha, li kienet tal-kiri, instabet ftit tal-minuti wara, ħdejn il-grawnd tal-futbol tal-Qawra, u rriżulta li din kienet insterqet fil-lejl ta' qabel, minn quddiem residenza privata fis-Swieqi.
Waqt li l-Pulizija kienet għadha qiegħda tinvestiga, ġew infurmati li fl-inħawi ta' Ħal Kirkop, żewġl pulizija li kienu fuq patrol ħdejn ir-“roundabout” ta' Ħal Kirkop, raw karozza pparkjata u meta avviċinaw il-karozza, li kienet tat-tip Escort, sabu lil Noel Frendo fuq is-‘seat' tax-xufier u lil Aaron Cassar fuq is-‘seat' tal-passiġġier.

Fil-karozza nstabu wkoll żewġ armi, li waħda minnhom irriżulta li kienet insterqet madwar sena qabel, lil ċertu Victor Micallef, kollezzjonalista tal-armi u l-oħra qatt ma kienet ireġistrata. Il-karozza kienet ireġistrata fuq isem Grace Cini, li kienet ħabiba ta' Noel Frendo. Fil-karozza nstabu wkoll ħwejjeġ, fosthom balaklava, beritta, nuċċali u basket li kien fih l-istess ammont ta' flus li kienu nsterqu minn fuq l-anzjan.

Din is-sejba saret madwar siegħa wara li l-anzjan kien irrapporta li sar ‘hold-up' fuqu. Is-sejba tal-flus kienet taqbel mad-deskrizzjoni li ta l-anzjan lill-Pulizija, kemm fl-ammont ta' flus kif ukoll fid-denominazzjoni tagħhom u l-ammont ta' ċekkijiet. Anke d-deskrizzjoni tal-balaklava qablet ma' dik li nstabet fil-karozza. Fil-karozza nstabu wkoll tliet qratas bi trab kannella, li rriżulta li kienet eroina u oġġetti relatati mal-użu tad-droga.

L-Ispettur Cassar qal li ż-żewġ persuni ġew arrestati u aktar tard ġew interrogati fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija. Huma ma wieġbu għall-ebda mistoqsija li saritiohom, u għażlu li ma jiffirmawx l-istqarrija.  L-akkużati ma taw ebda ġustifikazzjoni tal-affarijiet li nstabu fil-vettura tagħhom.

Xehed ukoll it-tabib Ferdinando Pisani li qal li l-vittma l-vittma kellu ksur f'wieħed mis-swaba ta' jdejh ix-xellugija. L-Avukat Malcolm Mifsud qed jidher għal Aaron Cassar filwaqt li l-Avukati Mark Vassallo u Chris Cardona qegħdin jidhru għal Noel Frendo. 

Bookmark Print page Email page
Anzjan jgħid li raġel armat u mgħammad ħadlu l-flus wara li ssielet miegħu fil-karozza
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Żewġ żgħażagħ jammettu li serqu kwantita’ ta’ diesel minn pompi tal-petrol
Miċħuda talba biex każ ta' fastidju sesswali ma jinstemax mill-bord tal-kumpanija GO
L-Avukat Gatt jgħid li Vince Farrugia ma qalx il-verità fuq dak li ġara ma’ Sandro Chetcuti
Mhux minnu li l-FAM kisret id-dritt ta’ żewġ uffiċċjali dwar smigħ xieraq
David Zerafa jeħel għomru l-ħabs
Punti ewlenin
18:14 Raġel jitlef ħajtu wara li ttajjar fil-Qbajjar
16:35 Raġel fil-periklu tal-mewt wara splużjoni ta' kamra tan-nar f'Ħaż-Żebbuġ
20:56 Imniedi l-video "It Gets Better"
21:20 Theddida għall-awtonomija tal-OHSA b'membru parlamentari fil-Bord
iktar aħbarijiet
21:20 Theddida għall-awtonomija tal-OHSA b'membru parlamentari fil-Bord
20:56 Imniedi l-video "It Gets Better"
20:19 Jagħrfu l-obeżità bħala marda
19:24 Il-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi l-ħidma importanti tal-EASO
19:21 Lejn promozzjoni ta' ikel bnin
19:04 Massakru fi skola
18:51 Ir-ribelli jwettqu attakki fil-Libanu
18:33 Inawgurata t-tieni pompa tal-AutoLiquigas wara s-suċċess miksub bl-ewwel pompa
18:22 Żewġ żgħażagħ jammettu li serqu kwantita’ ta’ diesel minn pompi tal-petrol
18:14 Raġel jitlef ħajtu wara li ttajjar fil-Qbajjar
Editorjal

Xjuħija li hi grazzja

Xjuħija li hi grazzja
Opinjoni

Taħseb li n-nies huma ddiżappuntati wara mitt jum ta' gvern Laburista?

Iva
Le
Ma nafx