MaltaRightNow.com sezzjoni: Għawdex
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Għawdex

Aktar sostenibilita' fl-użu tal-enerġija fil-bini tal-Ministeru għal Għawdex

Rebecca BORG
20 ta' Lulju, 2012  17:24 CET

Bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena, il-Ministeru għal Għawdex iġġenera madwar 30% tal-elettriku jew daqs kemm jikkunsmaw elettriku madwar 20 familja f'sena permezz ta' sistema ta' pannelli fotovoltajċi installata fuq il-bejt tal-Ministeru għal Għawdex li b'kollox iġġenerat aktar minn 40 elf unit tal-elettriku. 

Dawn il-pannelli għandhom il-kapaċita' li jiġġeneraw erba' darbiet aktar elettriku milli kien jiġi ġġenerat qabel. Din kienet l-ewwel inizjattiva tax-xorta tagħha li ġiet meħuda minn entita' tal-Gvern. Dan għax ġie deċiż li l-flus iffrankati mill-konsum tal-elettriku jiġu investiti f'aktar pannelli biex aktar ma jgħaddi ż-żmien, tikber is-sostenibilita' fl-użu ta' enerġija minn sorsi alternattivi. 

Hu stmat li sal-aħħar ta' din is-sena, is-sistema se tkun qed tiġġenera nofs tal-elettriku kollu li jkun ikkunsmat. Dan permezz ta' żieda ta' aktar pannelli li se jiġu nstallati fuq il-bqija tal-bejt tal-Ministeru fix-xhur li ġejjin. 

Dan kollu, kif spjegat il-Ministru għal Għawdex Giovana Debono, jikseb relevanza akbar fil-kuntest tal-miri ewlenin marbuta mal-pjan t'azzjoni dwar Eko-Għawdex. 

Inizjattivi oħra ta' dan il-Ministeru marbuta ma' dan il-pjan t'azzjoni jinkludu studju dettaljat dwar il-possibilita' li jiġu nstallati aktar sistemi li jiġġeneraw l-elettriku mix-xemx fuq bini amminstrattiv u bini ieħor tal-Gvern inkluż skejjel u l-isptar Ġenerali t'Għawdex. Permezz ta' dan l-istudju ġew approvati żewġ proġetti estensivi li bejniethom se jiswew investiment ta' madwar €11-il miljun bl-għajnuna ta' fondi Ewropej. 

Il-Ministru semmiet ukoll kif f'dawn l-aħħar ħames snin, aktar minn 1,700 familja bbenefikaw minn sussidju ta' kważi €2 miljun wara li pparteċipaw fl-iskemi tal-Gvern marbuta mal-installazzjoni ta' pannelli fotovoltajċi jew solar water heaters. Residenti Għawdxin li jbiegħu l-elettriku fuq il-grid igawdu wkoll minn rata ogħla ta' 28 ċenteżmu għal kull unit. 

Bookmark Print page Email page
Aktar sostenibilita' fl-użu tal-enerġija fil-bini tal-Ministeru għal Għawdex
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Kampanja u proġetti relatati man-National Nitrates Action Plan
Tfal mill-parroċċi ta' Għawdex jirċievu l-Griżma tal-Isqof minn idejn ħames Isqfijiet
Jinġabru €5,000 wara mixja u car wash f’Għawdex b’risq Puttinu Cares
Studenti Għawdxin itellgħu 'play' b'risq Puttinu Cares
Konfużjoni dwar iċ-Ċentru tas-Saħħa f’Għawdex
Punti ewlenin
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
13:37 Ħadd ma weġġa' f'inċident tat-traffiku fin-Naxxar
13:43 Nirien kbar jaħkmu appartament f'Burmarrad
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
16:50 Folla kbira ta' nies tilqa' lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
14:14 Festa Fjuri fl-Iklin
13:43 Nirien kbar jaħkmu appartament f'Burmarrad
13:37 Ħadd ma weġġa' f'inċident tat-traffiku fin-Naxxar
12:14 Fun Walk b'risq id-Dar tal-Providenza mill-iskola Primarja tas-Siġġiewi
11:55 Il-PN jifraħ lil Gianluca Bezzina
11:25 Tnaqqis drastiku għar-riċerka fl-Universita'
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.