14 ta' Mejju, 2012
11:49 CET |
Il-Gozo Creative Theatre Club b'kollaborazzjoni maċ-Centru tal-Kultura u tal-Informazzjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex
ser jippreżenta Stella u Leone bħala parti mill-attivitajiet ta’ Notte Gozitana (Lejliet Lapsi). Stella u Leone hija kummiedja soċjali mużikali ibbażżata fuq ir-rumanz tal-poeta Għawdxija Mary Meilaq, l-unika dramm li kitbet din il-poeta.
Il-Gozo Creative Theatre Club huwa fformulat minn grupp ta’ atturi stabbiliti, u huwa magħruf għat-teatru innovattiv, esperimentali u produzzjonijiet teatrali kreattivi. Id-direttur artistiku li ser ikun qed itella din il-produzzjoni ser jkun George Mizzi filwaqt l-mużika ser tkun ħarġet mill-pinna ta' Mro. Antoine Mercieca b'lirika ta' Joe Psaila.
Stella u Leone ser tiġi mtella f’Amfitejatru, Ġnien Villa Rundle, Rabat, Għawdex nhar l-Ħadd 20 ta’ Mejju, 2012 fis-8.00pm u ser tittella darba biss.
|