MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Akkużi bla bażi mill-Oppożizzjoni dwar Richard Cachia Caruana


16 ta' Mejju, 2012  21:15 CET

L-akkużi tal-Oppożizzjoni huma kollha infondati u ibbażati fuq dak li qal uffiċjal ta' pajjiż barrani li kien qed jaġixxi fl-interess ta' pajjiżu. Hekk sostna l-PM Lawrence Gonzi meta l-Erbgħa filgħaxija xehed fil-Kumitat Parlamentari tal-Affarijiet Barranin u Ewropej  illi qed jiddiskuti il-mozzjoni laburista dwar ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-UE Richard Cachia Caruana. 

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien l-ewwel persuna li ta x-xiehda tiegħu – xiehda li kienet ferm dettaljata, bil-Prim Ministru jippreżenta dokumenti tal-Gvern Malti li juru kif żviluppaw iċ-ċirkustanzi fl-2004...fiż-żmien meta issawwru il-Wikileaks li fihom jissemma Robert Cachia Caruana.

Fost l-oħrajn il-Prim Ministru spjega li Richard Cachia Caruana mexa skont il-politika tal-Gvern u ma fittixx sħubija fil-Partnership for Peace. U huwa għalhekk l-akkużi tal-Oppożizzjoni huma infondati.

Il-Prim Ministru sostna illi minflok ħadet il-linja tal-Gvern Malti, l-Oppożizzjoni Laburista imxiet ma' linja tal-Wikileaks. Fix-xiehda tiegħu Lawrence Gonzi qal li l-qlajjiet tal-Oppożizzjoni huma ibbażati biss fuq cables tal-Wikileaks li kienu ħarġu 9 xhur ilu...u ma jafx għalfejn qed jitqajjmu illum.

Il-Prim Ministru fakkar illi peress li fl-2004 malta ma kienitx fil-Partnership for Peace ma kellux aċċess għal dokumenti ta' sigurta' li n-NATO kienet tgħaddi lill-UE. Malta, bħal Ċipru, kien ikollha toħroġ mil-laqgħat kull meta jissemmew kwistjonijiet ta; sigurta' u l-laqgħat li kienu qed isiru kienu qed isiru fl-interess nazzjonali. 

Il-Prim Ministru qal li kieku riedet l-Oppożizzjoni setgħet talbet lill-Gvern jgħaddilha id-dokumenti kollha li juru kif seħħew verament l-affarijiet fl-2004.

Lawrence Gonzi qal li din tal-Oppożizzjoni hi akkuża serja ibbażata fuq premessi żbaljati. Sostna illi hi prassi li meta jsiru akkuża bħal din dwar Richard Cachia Caruana, jew tkun issostanzjata bi provi jew tiġi irtirata. 

Il-Prim Ministru jistenna li wara l-provi li ressaq fil-Kumitat u provi oħra li se jitressqu, il-PL jimxi b'sens ta' irġulija u l-akkużi fil-konfront ta' Richard Cachia Caruana jiġu irtirati – akkużi li l-PM saħaq li saħansitra jqishom li qed isiru fil-konfront tiegħu, minħabba li Cachia Caruana kien qed jaġixxi fuq struzzjonijiet tal-Gvern Malti. 
 
 
Ritratt: Trevor SOLARS 
 
 

Bookmark Print page Email page
Akkużi bla bażi mill-Oppożizzjoni dwar Richard Cachia Caruana
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Eddie Fenech Adami jaqleb għall-aħjar
Għada l-elezzjonijiet tal-Viċi kapijiet ġodda tal-PN
Tnejn jiddaħħlu l-Isptar wara ħabta bejn l-Imrieħel u Ħal Qormi
Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
Punti ewlenin
14:48 Eddie Fenech Adami jaqleb għall-aħjar
13:27 Tnejn jiddaħħlu l-Isptar wara ħabta bejn l-Imrieħel u Ħal Qormi
11:53 Il-Gvern qed jagħżel li jidħol fl-Excessive Deficit Procedure?
14:18 Għada l-elezzjonijiet tal-Viċi kapijiet ġodda tal-PN
iktar aħbarijiet
14:48 Eddie Fenech Adami jaqleb għall-aħjar
14:18 Għada l-elezzjonijiet tal-Viċi kapijiet ġodda tal-PN
13:27 Tnejn jiddaħħlu l-Isptar wara ħabta bejn l-Imrieħel u Ħal Qormi
12:28 Vittmi t'abbużi sesswali minn patrijiet jagħmlu talba għall-kumpens
11:53 Il-Gvern qed jagħżel li jidħol fl-Excessive Deficit Procedure?
20:21 Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
20:19 Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
19:52 Jgħajjar lill-Mexxejja bħala 'inkompetenti'
19:47 Id-deċiżjoni għaż-żieda ta' sulari fil-lukandi ġiet approvata mill-Gvern preċedenti
19:36 Jipprova jixpruna n-negozjati għall-paċi
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.