MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

3.500 tifel u tifla jipparteċipaw fi skolasajf


8 ta' Mejju, 2012  19:34 CET

Madwar 3,500 tifel u tifla mill-iskejjel tal-Gvern, tal-knisja u indipendenti mistennija jipparteċipaw fi Skolasajf ta' din is-sena. 

Se jieħdu sehem ukoll 200 student Universitarju li qed isegwu korsijiet fil-Fakulta' tal-Edukazzjoni u anke 120 Kap ta' Skola, Assistent Kap jew għalliema bħala koordinaturi fiċ-Ċentri ta' Skolasajf.

L-Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Stephen Spiteri nieda l-edizzjoni ta' Skolasajf ta' din is-sena fil-Guardian Angel Resource Centre fi ħdan il-Kulleġġ San Gorg Preca fil-Ħamrun.

Skolasajf din is-sena se tibda l-Erbgħa 18 ta' Lulju u se tibqa' għaddejja sal-Ġimgħa 7 ta' Settembru kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9 ta' filgħodu u nofsinhar.

Il-programm ta' Skolasajf se jkun miftuħ għat-tfal tar-raba', il-ħames u s-sitt klassi tal-iskejjel primarji kollha. Iċ-ċentri ta' Skolasajf huma mqassmin madwar Malta u Għawdex.

It-tema prinċipali ta' Skolasajf magħżula għal din is-sena hi 'Solidarjeta b'impenn'. Dan biex tikkommemora s-Sena Ewropea iddedikata lill-Anzjanita' Attiva u s-Solidarjeta' bejn il-Ġenerazzjonijiet.

Tfal li jattendu ċ-Ċentri ta' Riżorsi se jkollhom programmi apposta għalihom.

Barra minn hekk se jkun hemm ukoll programm magħruf bħala Klabbsajf għal dawk it-tfal li tul is-sena skolastika jingħataw servizz ta' għajnuna kumplimentari fil-litteriżmu.

L-applikazzjonijiet għal Skolasajf jistgħu jinkisbu mill-iskejjel primarji tal-istat. Imbagħad għandhom jaslu fl-iskejjel fejn it-tfal se jattendu sa mhux aktar tard mill-Ħamis 31 ta' Mejju.

Bookmark Print page Email page
3.500 tifel u tifla jipparteċipaw fi skolasajf
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Irrid nkunu sensittiv għall-bidliet li qed iseħħu - Claudette Buttigieg
Iġġudikawni fuq dak li għamilt - Beppe Fenech Adami
Il-PN irid jagħti mportanza lin-Nofsinhar ta' Malta - Mario de Marco
Profitt ta' €12.5 miljun mill-MIA
Jitlaqqa' il-Grupp Parlamentari tal-PN għan-Nofsinhar ta' Malta
Punti ewlenin
19:48 Il-Gvern jerġa’ jirrifjuta li jagħti raġunijiet għal deċiżjonijiet li ħa
21:00 Il-PN irid jagħti mportanza lin-Nofsinhar ta' Malta - Mario de Marco
21:16 Irrid nkunu sensittiv għall-bidliet li qed iseħħu - Claudette Buttigieg
21:02 Iġġudikawni fuq dak li għamilt - Beppe Fenech Adami
iktar aħbarijiet
21:16 Irrid nkunu sensittiv għall-bidliet li qed iseħħu - Claudette Buttigieg
21:02 Iġġudikawni fuq dak li għamilt - Beppe Fenech Adami
21:00 Il-PN irid jagħti mportanza lin-Nofsinhar ta' Malta - Mario de Marco
20:27 Roberta Metsola ssejjaħ għall-azzjoni effettiva u konkreta
20:25 Il-Gvern jaħfer €9 miljun lill-BWSC
19:48 Il-Gvern jerġa’ jirrifjuta li jagħti raġunijiet għal deċiżjonijiet li ħa
19:45 Tornado jħalli qerda u vittmi fil-Belt ta' Oklahoma
19:39 Tħassib dwar is-serq fost it-turisti
19:20 Profitt ta' €12.5 miljun mill-MIA
18:54 L-aħħar tislima lill-Ark Royal
Editorjal

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.