15 ta' Ġunju, 2012
20:37 CET |
L-osservaturi tan-Nazzjonijiet Uniti daħlu fil-belt ta' Haffa, lejn il-Punent tas-Sirja, u wara konfronti vjolenti li kienu ġegħluhom jaħarbu mill-inħawi. Nhar it-Tlieta dawn l-osservaturi kellhom jabbandunaw it-tentattiv preċedenti fost il-biża’ li Haffa saret 'ċentru għall-massakri' u meta numru ta' Sirjani lokali fetħu n-nar fuq il-vetturi tal-missjoni.
Is-Segretarju-Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon insista bl-importanza li l-osservaturi 'jaslu fuq il-post' u bir-rapporti minn Haffa jgħidu li l-belt spiċċat kważi abbandunata għalkollox. Ir-residenti, intant ma ridux jitkellmu 'dwar dak li għaddew minnu' u wara li l-Istati Uniti u n-NU qajmu tħassib dwar l-azzjonijiet tar-reġim f'din il-belt, wara massakri fi bnadi oħra tas-Sirja.
Anki llum indarbu numru ta' nies fi splużjoni ta' karozza-bomba (waqt attakk suwiċida) fis-sobborg ta' Sayyida Zainab qrib il-kapitali Damasku. Iz-zona hi magħrufa minħabba sit qaddis għall-Iżlamiċi fejn hemm il-qabar ta' Zaynab bint Ali, in-neputija tal-Profeta Mohammed.
|