MaltaRightNow.com sezzjoni: Għawdex
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Għawdex

L-istqarrija tal-MUMN huwa attakk mimli falzitajiet


6 ta' Lulju, 2012  18:04 CET

Il-Ministeru għal Għawdex iddeskriva l-istqarrija tal-MUMN bħala attakk mimli falzitajiet u allarm irresponsabbli li minnu jbatu l-pazjenti. Il-Ministeru saħaq li s-servizzi li jingħataw mill-isptar huma tajbin u konformi mal-livelli stabbiliti fil-qasam tas-saħħa f'pajjiżna.

Tul dawn l-aħħar snin kompliet l-istqarrija, il-Ministeru għal Għawdex ħadem kontinwament sabiex jittejjeb is-sevizz tal-isptar f'Għawdex fosthom twaqqfet it-taqsima tal-CCU, tal-Ġinekoloġija, tat-tfal u l-maternita', sar ukoll rinnovament fis-swali ġenerali u fir-residenza Sant'Anna. Sar ukoll xogħol intensiv sabiex jitneħħew is-soqfa tal-asbestos u ristrutturar fit-taqsima tal-outpatients. 

Issemma' wjoll id-dipartiment il-ġdid tar-Radjoloġija fejn pazjenti li sa ftit żmien ilu kellhom imorru Malta għall-kura, illum  jistgħu jirċievu l-mard tal-kanċer speċjalment jekk għandhom bżonn jagħmlu CT scans issa jistgħu jagħmluh b'mod regolari. Fil-ġimgħat li ġejjin sa jibda jingħata s-servizz tal-bone density flimkien mal-bidu tar-ristrutturar fl-iswali tal-operazzjonijiet fejn inxtara apparat ġdid u ta' kwalita' mill-aqwa.

Dan l-investiment kollu, fi kliem il-Ministeru, kompla jtejjeb is-servizzi għall-pazjenti , l-istaff mediku, paramediku u ħaddiema oħra fl-isptar. Dan it-titjib, kompla l-Ministeru qed ikunu koordinati sabiex is-servizzi tal-isptar jibqgħu għaddejjin mingħajr ma jkunu sospiżi – mertu ta' ħidma li tifttex bilanċ bejn l-interessi tal-pazjenti u l-ħaddiema fl-isptar. Minbarra s-servizzi mediċi, hu mistenni li jiżdiedu wkoll l-infermiera.

Għalhekk il-Ministeru għal Għawdex jixtieq iserraħ lill-pubbliku Għawdxi li s-servizzi tal-isptar Ġenerali ta' Għawdex joffri s-servizzi tiegħu b'mod regolari, responsabbli u professjonali mill-ħaddiema kollha tal-isptar, kif dejjem ingħataw. Għaldaqstant fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ma hemm l-ebda periklu, għal kuntrarju ta' kif ġie allegat mill-istqarrija tal-MUMN.

Il-Ministeru għalaq l-istqarrija tiegħu billi rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-isptar għas-servizz dedikat tagħhom għall-ġid tal-pazjenti.

Bookmark Print page Email page
 L-istqarrija tal-MUMN huwa attakk mimli falzitajiet
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Kampanja u proġetti relatati man-National Nitrates Action Plan
Tfal mill-parroċċi ta' Għawdex jirċievu l-Griżma tal-Isqof minn idejn ħames Isqfijiet
Jinġabru €5,000 wara mixja u car wash f’Għawdex b’risq Puttinu Cares
Studenti Għawdxin itellgħu 'play' b'risq Puttinu Cares
Konfużjoni dwar iċ-Ċentru tas-Saħħa f’Għawdex
Punti ewlenin
14:26 Iktar dubji dwar kemm il-Labour fil-Gvern se jżomm kelmtu dwar l-edukazzjoni
09:59 Approvat numru kbir ta' transfers politiċi
12:08 Il-Bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan kisbet il-premju speċjali ta' Bajja ta' Eċċellenza
15:43 Żjara ta' korteżija mill-PM fid-Dar Ċentrali tal-PN
iktar aħbarijiet
15:43 Żjara ta' korteżija mill-PM fid-Dar Ċentrali tal-PN
13:10 Talba għal estradizzjoni ta' Ġermaniż li jgħix l-Amerika akkużat b'pedofalija
12:36 Rumen mixli b'attentat ta' serq, allegatament jagħmel parti minn ċirku ta' kriminali
12:08 Il-Bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan kisbet il-premju speċjali ta' Bajja ta' Eċċellenza
10:59 Nirien jaħkmu kmamar fil-Furjana
09:59 Approvat numru kbir ta' transfers politiċi
19:46 Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
19:38 $408,000 għall-kitarra ta’ Lennon u ta’ Harrison
19:36 Għaliex m’għandekx tipposponi għal għada dak li jista’ jsir illum....
19:34 Arja ta’ pessimiżmu dwar il-futur wara r-rewwixta
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.