10 ta' Mejju, 2012
19:14 CET |
Wara 20 xahar ta' ħidma intensiva biex l-internet ikun aktar sigur permezz ta' diversi inizjattivi mill-Awtorita' Maltija tal-Komunikazzjoni u għaqdiet oħrajn, illum l-istudenti, il-ġenituri tagħhom u l-edukaturi jista' jkollhom esperjenza aħjar online.
Dan qalu c-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorita' Maltija tal-Komunikazzjoni Philip Micallef, waqt konferenza li fiha ġew diskussi l-inizjattivi tal-proġett Be Smart Online li issa ġie fi tmiemu. Preżenti kien hemm ukoll diversi uffiċjali tal-MCA u anke rappreżentanti minn għaqdiet li ħadu sehem f'dan il-proġett fosthom l-Aġenzija Appoġġ u l-Kummissjoni tat-Tfal.
Dan is-sit tkellem mas-Senior Manager tal-MCA, Bernard Agius, li kien involut ħafna f'dan il-proġett.
Bernard Agius qalilna li l-proġett kien suċċess u issa l-Awtorita qed tħares 'il quddiem għal aktar proġetti f'dan is-settur.
Fost dawk li ħadu sehem fil-konferenza kien hemm Robert Hayes li hu Direttur tal-Microsoft Institute for Advanced Technology in Governments, u li hu wkoll espert tal-Internet. Waqt il-konferenza kienu organizzati wkoll workshops u preżentazzjonijiet.
Il-proġett Be Smart Online kien iffinanzjat mill-UE.
|