MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

“Richard Cachia Caruana qeda lil pajjiżu b’lealtà, professjonalità u serjetà għal ħafna snin” - Il-Prim Ministru

Hermann MICALLEF
3 ta' Lulju, 2012  21:44 CET

“Richard Cachia Caruana qeda lil pajjiżu b’lealtà, professjonalità u serjetà għal ħafna snin”. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi saħaq dan fi stqarrija bi tweġiba għal mistoqsijiet li d-Deputat Laburista Leo Brincat għamel fil-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej fil-laqgħa tal-5 ta’ Gunju 2012.

Hu ċar li din il-linja ta’ mistoqsijiet hi mmirata biex tikkarga aktar il-kampanja maħsuba li tweġġa’ il-fama tas-Sur Richard Cachia Caruana.

Il-Prim Ministru sostna li l-Oppożizzjoni qeda tuża lil dan il-Parlament f’attentat sfaċċat biex tkompli twettaq aġenda personali fil-konfront ta’ persuna li qeda lil pajjiżu b’lealtà, professjonalità u serjetà għal ħafna snin. 

Il-pożizzjoni ta’ Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-UE, ma jistax jiġi meqjus bħala ekwivalenti għall-pożizzjonijiet ta’ Ambaxxaturi oħra. Bl-aktar mod ċar din il-pożizzjoni la hija posting bilaterali normali u lanqas posting multilaterali normali. 

Ir-Rappreżentant Permanenti għall-Unjoni Ewropea imexxi u jikkoordina il-livelli kollha tar-relazzjoni bejn Malta u l-istituzzjonjiet tal-Unjoni Ewropea, mill-proċessi ta’ kuljum sal-ogħla skambji u diskussjonijiet.

Dan il-livell għoli ta’ responsabbilta`, irrispettivament minn min ikun jokkupa dan il-post, l-iskala ta’ din il-pożizzjoni hija salary scale 1, meta l-iskala normali ta’ ambaxxatur hi salary scale 3. Għalhekk, sostna l-Prim Ministru, hu skorrett li l-Oppożizzjoni titlaq mill-punt fejn tqiegħed il-pożizzjoni ta’ Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-UE fl-istess keffa ma’ ambaxxaturi oħrajn.

Il-Prim Ministru qal li Richard Cachia Caruana okkupa żewg karigi minn Marzu 2004: dik ta’ Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-UE kif ukoll dik ta’ Konsulent tal-Prim Ministru dwar l-Unjoni Ewropea. Minkejja li kien jokkupa żewg karigi, Richard Cachia Caruana kellu pakkett wieħed li jkoprihom it-tnejn.

Il-Prim Ministru fisser li l-pakkett ta' Richard Cachia Caruana hu bbażat fuq skala 1, miżjuda b’10%. Din iż-żieda mhix maħsuba biss biex tikkompensa għall-fatt li Richard Cachia Caruana jokkupa ż-żewg karigi, imma kienet ukoll bħala għarfien li hu wieħed mill-aktar individwi b’esperjenza fis-servizz tal-Gvern; huwa serva f’karigi għolja b’mod kontinwu mill-1998 u anke qabel l-1996. Mir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari mogħtija fid-19 ta’ April 2010, hu ċar li s-salarju ta' Richard Cachia Caruana hu €42,337 fis-sena.

Il-Prim Ministru żied li meta d-diplomatiċi jservu barra minn Malta, is-salarji tagħhom jinbidlu permezz tal-Global Emoluments’ formula biex jirriflettu l-ispejjeż marbutin mal-pajjiż fejn dawn ikunu jservu.

Rigward l-ispekulazzjoni dwar il-housing, housekeeping u support (xufier) provduti lil Richard Cachia Caruana, il-Prim Ministru qal li l-arranġamenti provduti kienu identiċi għal dawk provduti lill-ambaxxaturi għall-Komunita Ewropea' fis-snin ta’ qabel. Saħansitra il-housekeeper  u x-xufiera ta' Richard Cachia Caruana matul it-tmien snin li għaddew, kienu impjegati ferm qabel l-2004 li hi is-sena meta hu inħatar bħala Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-UE.

Il-Prim Ministru sostna li għad trid tittieħed id-deċizjoni dwar jekk Richard Cachia Caruana għandux jiġi sostitwit minn persuna waħda, li tkompli tagħmel iż-żewġ karigi tiegħu, jew minn żewġ individwi li wieħed minnhom jieħu biss il-kariga ta’ Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-UE.

Jekk Richard Cachia Caruana jiġi sostitwit minn persuna waħda, l-ispiża totali għall-Gvern biex jiġi sostitwit Richard Cachia Caruana tiżdied għal izjed minn €148,000.
Min-naħa l-oħra, jekk Richard Cachia Caruana jkun sostitwit minn żewġ persuni, l-ispiża għall-Gvern tiżdied b’aktar minn €35,000 fis-sena meta mqabbla mal-pakkett sħiħ li jirċievi Richard Cachia Caruana.

Il-Prim Ministru temm l-istqarrija u sostna li Richard Cachia Caruana bbenefika minn dan il-pakkett mit-23 ta’ Marzu 2009. Qabel dakinhar, jigifieri sa mill-ħatra tiegħu fl-2004, ir-remunerazzjoni tiegħu kienet bbażata fuq skala 1 tas-Servizz Pubbliku li fl-2009 kienet €36,362. Din fissret pakkett totali ta’ €115,395.

Bookmark Print page Email page
“Richard Cachia Caruana qeda lil pajjiżu b’lealtà, professjonalità u serjetà għal ħafna snin” - Il-Prim Ministru
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
“Proċess ta' għażla li għandu jkun proċess ta' għaqda” - Mario de Marco
Il-PN għandu jinvolvi aktar lin-nies - Claudette Buttigieg
Partit mill-ġdid rebbieħ miftuħ għal kulħadd - Beppe Fenech Adami
Iktar opportunitajiet għas-settur tat-teknoloġija tal-informatika
Punti ewlenin
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
20:34 Partit mill-ġdid rebbieħ miftuħ għal kulħadd - Beppe Fenech Adami
20:37 Il-PN għandu jinvolvi aktar lin-nies - Claudette Buttigieg
20:51 “Proċess ta' għażla li għandu jkun proċess ta' għaqda” - Mario de Marco
iktar aħbarijiet
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
21:34 L-anzjani jistgħu ’l quddiem ipattu ‘għan-nuqqas ta’ ħaddiema’
21:32 Tfittxija għan-nieqsa wara l-qilla tat-tornadoes
21:27 Splużjonijiet u dmija f’Baquba
21:22 ‘Suspettat ewlieni’ fl-attakki ta’ Reyhanli
21:13 Iweġġa’ l-kantant George Michael
21:01 Ban Ki-moon iħeġġeġ taħditiet immedjati dwar il-kriżi
20:51 “Proċess ta' għażla li għandu jkun proċess ta' għaqda” - Mario de Marco
20:37 Il-PN għandu jinvolvi aktar lin-nies - Claudette Buttigieg
20:34 Partit mill-ġdid rebbieħ miftuħ għal kulħadd - Beppe Fenech Adami
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.