MaltaRightNow.com sezzjoni: Għawdex
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Għawdex

Żona rikreattiva ġdida f’Ta’ Sannat iffinanzjata mill-Ministeru għal Għawdex

MaltaRightNow.com
18 t' April, 2012  17:26 CET

“Il-familji Għawdxin u dawk kollha li jżuru l-gżira ta’ Għawdex issa għandhom post ieħor ta’ rikreazzjoni li jista’ jitgawda minn kulħadd matul is-sena kollha.” Dan qalithu l-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono, waqt l-inawgurazzjoni ta’ żona ta’ rikreazzjoni fl-inħawi magħrufa bħala d-Daħla taċ-Ċnus f’Ta’ Sannat. 

Il-Ministru Giovanna Debono qalet li din iż-żona rikreattiva f’Ta’ Sannat hija proġett ieħor li twettaq mill-Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi Għawdxin b’finanzjament mill-Ministeru għal Għawdex permezz ta’ skema ta’ Eko Għawdex. Filwaqt li faħħret il-ħidma tal-Kunsill Lokali ta’ Sannat b’risq din il-lokalità fakkret kif il-Kunsilli u l-Kumitati Amministrattivi kollha f’Għawdex ser ikunu wettqu għadd ta’ proġetti oħra li minnhom ser igawdu r-residenti kollha fil-lokalitajiet rispettivi. 

Il-Ministru għal Għawdex żiedet tgħid li dan is-sit ser ikun ta’ valur miżjud għal din il-lokalità li l-karatteristiċi u l-inħawi rurali tagħha jattiraw għadd ta’ Maltin u turisti matul is-sena, b’mod partikolari għall-mixjiet fil-kampanja. Semmiet ukoll li dan il-proġett ser ikun ikkumplimentat minn xogħol ieħor li hu pproġettat li jibda fil-ġimgħat li ġejjin. 

Għal din l-inawgurazzjoni kien hemm preżenti wkoll s-Sindku ta’ Sannat, Philip Vella. 

Permezz ta’ żewġ skemi ta’ Eko Għawdex twettqu jew qed jiġu konklużi 51 proġett minn 37 Għaqda mhux Governattiva, 8 Kunsilli Lokali u 3 Kumitati Amministrattivi b’finanzjament ta’ €2 miljun. Dawn il-proġetti li huma kollha marbuta mal-miżuri proposti fil-pjan ta’ azzjoni ta’ Eko Għawdex 2010 – 2012,  jinkludu manutenzjoni u tisbiħ f’żoni rurali, restawr ta’ bini antik, bini ta’ ġibjuni għall-ilma tax-xita, bdil ta’ bozoz li jaħlu inqas enerġija, titjib fil-qasam kulturali u wirt storiku, kampanji edukattivi u inizjattivi marbuta ma’ kwalità ta’ ħajja aħjar u ambjent rurali u marittimu nadif. Dawn il-proġetti fissru kważi 66 elf siegħa xogħol li jfissru sena ħidma ta’ 32 ħaddiem fuq bażi full-time. 

Bookmark Print page Email page
Żona rikreattiva ġdida f’Ta’ Sannat iffinanzjata mill-Ministeru għal Għawdex
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Dar ġdida għall-anzjani f'Għajnsielem
Kampanja u proġetti relatati man-National Nitrates Action Plan
Tfal mill-parroċċi ta' Għawdex jirċievu l-Griżma tal-Isqof minn idejn ħames Isqfijiet
Jinġabru €5,000 wara mixja u car wash f’Għawdex b’risq Puttinu Cares
Studenti Għawdxin itellgħu 'play' b'risq Puttinu Cares
Punti ewlenin
09:19 Raġel jsofri ġrieħi gravi f'argument fil-Marsa
20:00 Il-Pulizija tikkonfiska munizzjon li nstab fuq dgħajsa
18:25 Tifla ta' 14-il sena tittajjar minn karozza waqt li kienet qed taqsam it-triq
18:55 Il-Flamenco f'Misraħ San Ġorġ, il-Belt
iktar aħbarijiet
09:19 Raġel jsofri ġrieħi gravi f'argument fil-Marsa
22:34 Żvelata speċi ta' cockroach b'sens 'għal kontra l-periklu'
21:42 Ftuħ uffiċjali ta' lukanda ġdida fin-nosinhar ta' Malta
21:23 Raġel ta' 30 sena akkużat li attakka Pulizija
21:12 Offerta ta' 1.2 miljun għal vjaġġ fl-ispazju ma' Leonardo Di Caprio
21:08 Iz-zona ewro hi aktar stabbli
21:04 Kesħa, xita u borra
21:00 Twarrab pjani dwar iż-żejt taż-żebbuġa
20:52 Imrażżan il-bejgħ tal-alkoħol
20:38 Il-Pulizija tlesti għal aktar irvellijiet
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.