10 ta' Lulju, 2012
12:09 CET |
Matul l-ewwel kwart ta' din is-sena id-defiċit tal-Gvern kien jammonta għal €85.5 miljun jiġifieri żieda ta' €41 miljun fuq l-istess perijodu s-sena li għaddiet.
Dan joħroġ minnn ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) dwar il-kontijiet tal-Gvern għal perijodu bejn Jannar u Marzu 2012.
Matul dan il-perijodu id-dħiul totali tal-Gvern kien ta' €662,2 miljun li tfisser żieda ta' €32.3 miljun meta mqabbel mal-ewwel kwart tas-sena li għaddiet. Iż-żieda fid-dħul kienet dovuta għat-taxxi fuq il-produzzjoni u fuq l-importazzjoni, dħul mill-proprjeta` u kontribuzzjonijiet soċjali. Min-naħa l-oħra it-taxxi kurrenti fuq id-dħul u fuq il-ġid naqsu bi €11.8 miljun.
In-nefqa totali tal-Gvern matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kienet tammonta għal €747.7 milju. Iż-żieda ta' 73.3 miljun fin-nefqa kienet dovuta għal-nefqa akbar fis-settur kollha tal-Gvern ħlief għal benefiċċji soċjali li rreġistraw tnaqqis ta' €8.4 miljun.
Id-dejn tal-Gvern fl-aħħar ta' Marzu li għadda żdied b'431.9 miljun fuq l-istess perijodu fis-sena 2011 u jammonta għal €4,831.4 miljun.
|