23 t' April, 2012
10:01 CET |
Fil-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li saret il-:imgħa 20 t'April, permezz ta' co-option is-Sindku tal-Imqabba, Noel Galea nħatar membru fl-Eżekuttiv tal-imsemmija Assoċjazzjoni. Dan wara li Ian Micallef ma reġax ikkontesta fuq il-Kunsill Lokali tal-Gżira. Apparti minn hekk, fl-istess laqgħa kien hemm ħatra oħra, dik ta' Malcolm Mifsud bħala Viċi-President (Internazzjonali).
|