MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Ċerimonja b'tifkira ta' tliet vittmi tal-gwerra

Hermann MICALLEF
4 ta' Mejju, 2012  16:59 CET

Tmien membri mill-Metropolitan Police ta' Surrey fir-Renju Unit ħadu sehem f'ċeremonja f'Malta organizzata mir-Royal Air Force Association, li matulha tfakkru l-bdoti tal-Commonwealth li mietu fl-azzjoni 70 sena ilu. 

Il-pulizija Ingliżi, li kienu Malta fuq stedina tas-Sezzjoni Maltija tal-Assocjazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija, fakkru tliet membri tagħhom li servew f'Malta meta kienu bdoti voluntieri matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Clive Nibbs, Wilfred Pickard u Eric Woods ħallew il-bażi tagħhom fir-Renju Unit u qatt ma rritornaw lura.

L-attivita' bdiet minn ħdejn il-Palazz fejn membri mill-Banda tal-Pulizija, immexxija mis-Surġent Dennis Agius, immarċjaw tul Triq ir-Repubblika sa quddiem il-Monument tal-Gwerra, il-Furjana. Warajhom immarċjaw il-Pulizija minn Surrey immexxija mill-Ispettur Duncan Calder u s-Surġent Christian Duckett.

Quddiem il-Monument tal-Gwerra tqiegħdet kuruna segwita b'salut mill-kontinħent preżenti. Minn hemm, il-bandisti tal-Pulizija flimkien mal-kollegi Ingliżi pproċedew lejn il-Monument tar-Royal Air Force fejn saret it-tifkira proprja.

Preżenti għal din l-okkażjoni annwali kien hemm fost oħrajn, il-President ta' Malta George Abela, il-Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta l-Brigadier Martin Xuereb, numru ta' Ambaxxaturi akkreditati f'Malta, veterani tal-gwerra kif ukoll membri mis-Sea Cadets ta' Malta.

L-Ispettur Duncan Calder kien kburi għax ingħata ġieħ lil tliet membri mill-Pulizija Metropolitana ta' Surrey li servew f'Malta kontra l-ghadu faxxista u nazista.

Fiċ-ċerimonja sar talb minn Fr. Jeffrey Williams mill-Knisja Anglikana f'Malta segwit bid-daqq tal-Last Post u d-daqq ta' fanfarra minn żewġ trumbettieri tal-Armata. It-tifkira ntemmet bit-tqegħid tal-kuruni quddiem il-monument tar-Royal Air Force.

Bookmark Print page Email page
Ċerimonja b'tifkira ta' tliet vittmi tal-gwerra
multimedia
  Filmat
 
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Din l-Art Ħelwa topponi li l-monti jmur ħdejn Bieb il-Belt
Il-Gvern jippjana Charter għad-Drittijiet tal-Ħaddiema u emendi għal-Liġi il-Kooperattivi
79 rekluti ġodda fil-Forzi Armati ta' Malta
Il-lukandi se jkunu jistgħu jtellgħu żewġ sulair oħra
Patri George Attard jinħatar Ministru tal-Qrar fil-Bażilika tal-Vatikan
Punti ewlenin
15:32 Aktar każi ta' Slapped Cheek Syndrome
16:50 Tkompli titwal il-lista ta' ħatriet ''Tagħna Lkoll''
12:49 Eddie Fenech Adami stabbli wara intervent mediku
13:01 Jitlef ħajtu għaddas f'Imġarr ix-Xini
iktar aħbarijiet
19:36 Jipprova jixpruna n-negozjati għall-paċi
19:06 'Ma nċedu qatt quddiem it-terroriżmu' – Cameron
18:08 Din l-Art Ħelwa topponi li l-monti jmur ħdejn Bieb il-Belt
17:43 Il-Gvern jippjana Charter għad-Drittijiet tal-Ħaddiema u emendi għal-Liġi il-Kooperattivi
17:36 79 rekluti ġodda fil-Forzi Armati ta' Malta
17:31 Il-lukandi se jkunu jistgħu jtellgħu żewġ sulair oħra
16:54 Patri George Attard jinħatar Ministru tal-Qrar fil-Bażilika tal-Vatikan
16:50 Tkompli titwal il-lista ta' ħatriet ''Tagħna Lkoll''
15:59 Jerġa' jirritorna Malta wara tmien snin maħrub
15:19 Raġel li qed jiġi akkużat b'omiċidju jmur sentejn ħabs fuq serq
Editorjal

Soċjetà li tkun taf tikkoreġi l-ħażin

Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.