|
15:56 CET
Fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann, fil-Belt Valletta, seħħet manifestazzjoni favur il-ħajja proprju fil-jum dedikat għall-ħajja. L-Arċisqof Pawlu Cremona mexxa quddiesa li għaliha attendew numru kbir ta' għaqdiet u assoċjazzjonijiet li wara għaddew messaġġi favur il-ħajja.
Din il-manifestazzjoni ġiet organizzata mill-Moviment Malti dwar it-Tarbija li se Titwieled. Il-Moviment, li twaqqaf fl-2004 u hu magħmul minn 45 organizzazzjoni, jaħdem favur id-drittijiet, id-dinjita’, il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-ħarsien tat-trabi li se jitwieldu.
L-Assistent Parlamentari C...
|