SAN ĠORĠ
PRECA

IL-KANONIZZAZZJONI TA' L-EWWEL QADDIS MALTI
Suppliment Speċjali ta' MaltaRightNow.com

 
Ġie kkanonizzat uffiċjalment fi Pjazza San Pietru San Ġorġ Preca, f'ċerimonja kkonċelebrata mill-Papa Benedittu XVI. Fost il-Maltin għal din iċ-ċelebrazzjoni attenda wkoll it-tfajjel Malti - Eric Catania - li miegħu sar il-miraklu u li permezz tiegħu San Ġorġ Preca kien iddikjarat Qaddis. Matul il-Konċelebrazzjoni tal-lum Eric ingħata wkoll l-Ewwel Tqarbina minn idejn il-Papa nnifsu.


L-arazz ta' l-ewwel Qaddis
Malti San Ġorġ Preca

Eric Catania jingħata
l-Ewwel Tqarbina mill-
Papa Benedittu XVI

RITRATTI MILL-VATIKAN

Lejliet iċ-ċerimonja tal-Ħadd, mal-faċċata tal-Bażilika ta' San Pietru, ddendlu l-arazzi ta' l-erba' Qaddisin ġodda fosthom tal-Fundatur tas-Soċjeta' tad-Duttrina Nisranija l-M.US.E.U.M. Dun Ġorġ Preca. Sadanittant, is-Sibt filgħaxija saret il-Velja ta' Talb fil-Bażilika ta' Santa Marija Maggiore u li għaliha attendew fost l-oħrajn il-President ta' Malta Eddie Fenech Adami u l-Prim Ministru Lawrence Gonzi.


ESKLUSSIVA
Segwi waħda mill-Omeliji ta' Dun Ġorġ Preca
waqt Sajda Mużewmina

(Irrekordjata b'mod amatorjali)

Isma intervista ma' l-Arċisqof ta' Malta Pawlu Cremona

Isma intervista ma' l-Isqof ta' Għawdex Mario Grech

Segwi filmat dwar Dun Ġorġ Preca
(filmat amatorjali li jinkludi ritratti ta' media.link Communications)

Isma dokumentarju li kien ixxandar fuq ir-Redifussion
ftit jiem wara l-mewt ta' Dun Ġorġ Preca

(Kortesija tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni)

Isma intervista rrekordjata minn fuq ir-Redifussion
mas-Superjur Ġorġ Grima dwar Dun Ġorġ u Padre Pio

Isma l-kanzunetta speċjali fl-okkażjoni
tal-100 sena mis-Soċjeta' tal-MUSEUM

(link mas-sit uffiċjali tas-Soċjeta' tal-MUSEUM)


Min kien Dun Ġorġ Preca?

Ir-relikwarju ta' Dun Ġorġ Preca:
Dan hu r-relikwarju bid-demm tal-Beatu Ġorġ Preca, li jinsab fil-Knisja Parrokkjali ta' San Gejtanu, Ħamrun. Dan ir-relikwarju se jittieħed Ruma għall-Kanonizzazzjoni ta' Dun Ġorġ. Wara l-Kanonizzazzjoni, r-relikwarju se jinġieb lura biex ir-relikwija ta' fih titqiegħed għall-qima tal-poplu, l-ewwel f'Għawdex u mbagħad f'Malta.

Id-demm f'dan ir-relikwarju ngħata lill-Parroċċa ta' San Gejtanu mit-Tabib Lawrence Spiteri, li kien it-tabib kuranti ta' Dun Ġorġ. B'kollox, Dr. Spiteri kellu tliet tubi żgħar bid-demm ta' Dun Ġorġ. Tubu minnhom tah lis-Soċjeta' tal-MUSEUM, filwaqt li t-tielet wieħed qiegħed għandu. Ir-relikwarju fil-Parroċċa ta' San Gejtanu sar fl-2001, meta tħabbar li Dun Ġorġ kien se jiġi bbeatifikat.

Id-disinn tar-relikwarju hu ta' Renzo Gauci u l-mudelli tat-tliet anġli li hemm miegħu saru minn Joe Galea. Ir-relikwarju nħadem minn Cutajar Works.

Insiru nafu lil San Ġorġ Preca mill-ittri tiegħu

Mill-Erbgħa, 30 ta' Mejju fuq l-ixkafef tal-Librara ewlenin żdied ktieb ieħor ippubblikat mid-Dar ta' Pubblikazzjonijiet "Reliġjon u Ħajja" bit-titlu "San Ġorġ Preca fid-Dawl ta' l-Ittri tiegħu". Fir-realta' dan il-ktieb hu edizzjoni ġdida ta' żewġ pubblikazzjonijiet fuq il-Qaddis tal-mibki Patri Alexander Bonnici ofm conv, li ħalla diversi xogħlijiet kbar u mportanti fuq Dun Ġorġ. Il-ktieb "Dun Ġorġ Preca fid-Dawl ta' l-Ittri Tiegħu" Patri Alexander ippubblikah fl-1977.

Mill-ittri ta' Dun Ġorġ miġbura f'dan il-ktieb joħroġ ir-ritratt ta' l-ispiritwalita' u l-kariżma ta' dan il-Qassis li ddedika ħajtu biex iwassal lil Kristu u t-tagħlim tiegħu fost il-poplu Malti. L-ittri juru x'kienu l-ħsibijiet u x-xewqat ta' Dun Ġorġ, kif kien jaħsibha bħala bniedem u kemm kellu ħila jagħti lilu nnifsu lill-oħrajn. Fi kliem Fr. Paul Darmanin ofm conv., id-Direttur tad-Dar tal-Pubblikazzjonijiet, "din il-pubblikazzjoni tista' titqies għalhekk bħala kapolavur storiku kritiku ta' l-ittri ta' Dun Ġorġ, u minn dan l-istudju għaqli ta' Patri Alexander jidher il-karattru u l-personalita' ta' l-ewwel Qaddis ikkanonizzat Malti".

Dan il-ktieb jinkludi wkoll pubblikazzjoni li saret fl-2001 fl-okkażjoni ta' meta l-Papa Ġwanni Pawlu II ddikjara lil Dun Ġorġ fost il-Beati. Din il-parti tal-ktieb tagħti ħjiel storiku u kronoloġiku tal-Qaddis il-ġdid. Patri Edmund Teuma ofm conv, ħa ħsieb jirtokka, jikkoreġi u jaġġorna fejn kien meħtieġ biex dawn iż-żewġ kotba joħorġu flimkien fi ktieb wieħed b'libsa ġdida u b'isem ġdid għall-okkażjoni tal-Kanonizzazzjoni għall-Beatu Ġorġ Preca. "San Ġorġ Preca fid-Dawl ta' l-Ittri Tiegħu" għandu aktar minn 300 paġna li żgur jogħġbu lill-qarrejja.




























 

Ritratti: M.U.S.E.U.M
Intervisti: Simon Cassar
Audio Clips: Justin Saliba / John Bruno / DOI
Muntaġġ tal-Video Clip: Ivan Pirotta
Kordinazzjoni u Produzzjoni: Simon Cassar
Tidher l-aħjar b'Microsoft Internet Explorer b'riżoluzzjoni 1024x768