MaltaRightNow.com sezzjoni: Mill-Qorti
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti u Kultura
Spettaklu
Destinazzjonijiet
Edukazzjoni
Divertiment
Ekonomija
Ewropa
Għawdex
Ikel u Riċetti
Info TV u Radju
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Mużika
Parlament
Qorti
Saħħa
Stejjer ta' Vera
VIP Gossip
Xjenza u Teknoloġija
sport
Tazza tad-Dinja 2010
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Futbol Ieħor
Sport Ieħor
Champions League
ĊIPRU 2009
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
links
Qorti

Il-qabda tad-droga kienet kollha kemm hi "konsenja kontrollata"

Ray ABDILLA
16 ta' Marzu, 2010  20:59 CET

Il-qabda tad-droga ta' madwar 14.3 kilos kannabis li seħħet fis-sigħat bikrin tat-22 ta' Diċembru tal-2005 kienet totalment konsenja kontrollata u l-ħafna ismijiet li ssemmew waqt il-ġuri kienu persuni li għenu biex l-Eġizzjan Ekramy Mobarak ta' 34 sena jinqabad fil-fatt bid-droga fuq is-Saqqajja fir-Rabat.

Dan kollu ħareġ tard wara nofs inhar meta fil-ġuri ta' Andrea Zammit ta' 54 sena mill-Qrendi, iżda residenti r-Rabat akkużat fost affarijiet oħra b'importazzjoni u traffikar ta' droga sar konfront bejn l-Eġizzjan Mobarak u l-Ispettur Dennis Theuma.
 
Kien hawn li l-Imħallef staqsa lill-Ispettur Theuma dwar dan il-każ u x'jista' jiżvela fuqu u għaldaqstant ħareġ li persuni li ssemmew għenu lill-Pulizija dwar il-każ. Meta l-Imħallef Joseph Galea Debono staqsa lill-Ispettur Theuma xi nformazzjoni oħra kellha l-Pulizija biex waslet għal dan il-każ, l-Ispettur li deher xettiku biex iwieġeb. Kien hawn li l-Qorti ddeċidiet li tiżgombra l-Awla biex jekk hemm xi nformazzjoni oħra tiġi żvelata b'mod sigriet.

Għal madwar siegħa sar punt ta' dritt bejn id-difiża u l-Prosekuzzjoni fejn hawn jidher li ż-żewġ naħat ma kienux ippreparati b'dak li semgħu ġdid waqt li kien qed isir dan il-punt tekniku tal-liġi. Kienu diversi x-xnigħat li bdew għaddejjin fil-kuruduri tal-Qorti dwar x'kien qed jiġri, fejn saħansitra kienet qed tiġri l-kelma li l-ġuri jista' jiġi xolt.

Madankollu hekk kif saru l-konfronti legali bejn l-Avukati, l-Imħallef Galea Debono ordna lill-ġurnalisti biex persuni li mhumiex l-akkużat jew xhieda ma jisemmewx f'dan il-każ. Tul il-ġurnata tat-Tlieta, l-ġuri daħal fażi interssanti meta beda jixhed l-Eġizzjan Ekramy Mobarak, il-persuna li qal lill-Pulizija li kien Zammit li qabbdu biex ibiegħ id-droga.

Tard wara nofs in-nar beda l-kontro-eżami minn naħa tad-difiża wara l-mistoqsijiet li saru mill-Prosekuzzjoni. L-Avukat Arthur Azzopardi li flimkien ma' l-Avukat Manwel Mallia staqsa għadd ta' mistoqsijiet lil Mobarak fejn ikkontestalu  diversi stqarrijiet li kien ta lill-Pulizija, lill-Maġistrat Inkwerenti, dak li xehed fil-kumpilazzjoni u x-xhieda li kien qed jagħti f'dn il-ġuri.

Fix-xiehda tiegħu Ekramy Mobarak qal li dak inhar li huwa kien se jbiegħ id-droga li għaddielu l-akkużat kien mhedded li jinqatel minn persuna li kien għamillu r-revolver ma' ġembu u heddu li kien joqtlu jekk ma kienx se jagħtih id-droga. Mobarak qal li dak inhar huwa kien iltaqa' ma persuna fuq "Is-Saqqajja" u miegħu kien hemm xi ħadd ieħor li għandu garaxx f'Ħal-Qormi. Meta ltaqa' magħhom tard bil-lejl wieħed minnhom qallu: "ara timmolla magħna għax ngħallik". Il-persuna l-oħra dlonk kien qallu biex joqgħod attent minn minn dan għax biex jagħtih żewġ tiri ma kienx se jaħsibha darbtejn.

Mobarak qal li dak il-ħin ma kellux droga fuqu, għaliex ried imur għaliha fir-razzett tal-akkużat. Hu iżda kien qal lil żewġ persuni li riedu jixtru d-droga li ried il-flus. Kien dak il-ħin li huwa safa mhedded. Huwa qal li wieħed minn dawn il-persuni kien mar miegħu fejn  ir-razzett tal-akkużat u hu daħal sal-bitħa. Ftit wara ħareġ l-akkużat u mill-karozza ġablu kannestru bid-droga u hu tefagħha il-karozza tal-kiri li kellu.
 
Wara mara is-Saqqajja u nqabad mill-Pulizija u kien arrestat. Wara dak kollu li nqala filgħaxija issa l-Erbgħa filgħodu l-Eġizzjan se jkompli jixhed waqt li jitkompla l-kontro-eżami minn naħa tad-difiża. Fis-sessjoni ta' filgħodu l-Ispiżjar Mario Mifsud, imqabbad mill-Qorti tkellem dwar is-sustanza tad-droga u qal li l-valur tad-droga fit-triq dak iż-żmien kien ta' 86,000 ewro.
 
Huwa qal ukoll li l-Marokk huwa fost l-aktar pajjiżi li jipproduċi din id-droga kemm fl-Ewropa kif ukoll fil-Mediterran. Xehed ukoll l-espert forensiku Joseph Mallia li qal li minn ħames annaliżi tal-marki tas-swaba ma nstabet l-ebda relazzjoni ma' dak tal-akkużat.  

Bookmark Print page Email page
Il-qabda tad-droga kienet kollha kemm hi
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Sentenza sospiża wara li ħebb għal żewġ kuntistabbli tal-Pulizija
Direttur ta' kumpanija tal-logħob mixli bi frodi
Ordni ta' probation wara li kkorrompa lill-kuġintu
Kunsillier Laburista ta' Ħ'Attard b'sentenza sospiża wara li kisser numru ta' balavosti
Tnejn akkużati bi ħruq ta' bastiment u lanċa tas-sajd
`
Punti ewlenin
11:37 Jinstab mejjet f'għalqa raġel ta' 38 sena
12:39 Ħad-Dingli u San Lawrenz jippreżentaw pjani għal sostenibilita' fil-lokalita'
13:10 Il-MEDAC tgawdi minn għotja ta' kważi €1.5 miljun mill-Gvern Svizzeru
13:36 2000 kelb imsewwija fl-ewwel sena tal-kampanja tal-SPCA
iktar aħbarijiet
16:11 Niġerjani jammettu li ppruvaw jaħarbu lejn Ruma
15:53 Malta parti minn Expedition 206
15:09 Syrian jallega li ssawwat mill-Pulizija
14:39 NET TV jippreżenta l-iskeda tal-Ħarifa
13:36 2000 kelb imsewwija fl-ewwel sena tal-kampanja tal-SPCA
13:10 Il-MEDAC tgawdi minn għotja ta' kważi €1.5 miljun mill-Gvern Svizzeru
12:56 Studenti jingħataw boroż ta' studju biex ikomplu bl-istudji barra minn Malta
12:46 L-istudenti Rabtin premjati għall-ospitalita' tagħhom
12:39 Ħad-Dingli u San Lawrenz jippreżentaw pjani għal sostenibilita' fil-lokalita'
12:25 Il-Prim Ministru jinawgura 'Iljieli Melliħin'
Editorjal

Miet il-politiku tal-persważjoni

Miet il-politiku tal-persważjoni
Opinjoni

Int se tattendi għall-Festi tal-Indipendenza, li se jsiru bejn is-16 u l-20 ta’ Settembru fuq il-Fosos?

Iva
Le
Forsi