MaltaRightNow.com sezzjoni: internazzjonali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti u Kultura
Spettaklu
Destinazzjonijiet
Edukazzjoni
Divertiment
Ekonomija
Ewropa
Għawdex
Ikel u Riċetti
Info TV u Radju
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Mużika
Parlament
Qorti
Saħħa
Stejjer ta' Vera
VIP Gossip
Xjenza u Teknoloġija
sport
Tazza tad-Dinja 2010
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Futbol Ieħor
Sport Ieħor
Champions League
ĊIPRU 2009
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
links
Internazzjonali
IR-RENJU UNIT

Lest ikompli bħala Kap Laburista anki mingħajr maġġoranza

foreign@media.link.com.mt
16 ta' Marzu, 2010  20:15 CET

Il-Prim Ministru Laburista Brittaniku Gordon Brown saħaq li beħsiebu jkompli bħala Kap tal-Partit Laburista (fil-Gvern) anki jekk tfallilu l-maġġoranza fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. L-elezzjoni mistennija ssir f'Mejju u waqt li l-istħarriġ tal-opinjoni juri lill-Partit Konservattiv fl-Oppożizzjoni b'vantaġġ minimu fuq il-Laburisti tista' tinqala' sitwazzjoni fejn l-ebda mill-partiti l-kbar ma jikseb maġġoranza assoluta fil-Parlament.

Sadattant, meta l-ġurnalisti tal-BBC staqsewh jekk iħossux obbligat li jirriżenja f'każ li ma jiksibx maġġoranza "diċenti" fl-elezzjoni, Gordon Brown wieġeb li "għandu obbligu lejn in-nies li jkompli u jikkonkludi l-ħidma biex il-pajjiż joħroġ mir-riċessjoni finanzjarja diffiċli".

Fil-fatt, Brown insista li "se jkompli għaddej għaliex irid il-maġġoranza warajh", bil-Konservattivi, min-naħa tagħhom, qed jippruvaw itemmu tlettax-il sena konsekuttivi ta' amministrazzjoni Laburista. F'każ li ħadd ma jikseb maġġoranza fl-elezzjoni, il-partit bl-akbar numru ta' siġġijiet jista' jipprova jmexxi bl-appoġġ tal-minoranza aktar milli jipprova jgħaqqad koalizzjoni - mbagħad isejjaħ elezzjoni oħra (aktar 'il quddiem fis-sena) ħalli jaċċerta minn maġġoranza.

Gordon Brown, bħalissa, jinsab taħt pressjoni biex jiddettalja l-pjani tal-Gvern Laburista tiegħu fir-rigward ta' żbilanċ rekord. U filwaqt li ammetta dwar l-inċertezza ekonomika fir-Renju Unit, il-Prim Ministru Laburista qed jisħaq li ladarba jitħabbar il-Baġit fl-24 ta' Marzu għandha toħroġ "aktar informazzjoni" dwar l-imħabbra qtugħ fl-infiq tal-Gvern li fost oħrajn tolqot lis-salarji tal-ħaddiema mas-settur pubbliku.

"Hemm l-inċertezza dwar x'wieħed jista' jagħmel fil-futur minħabba dak li qed jiġri rigward il-qgħad, ir-rati tal-interessi fuq id-djun u l-iżvilupp tal-ekonomija," saħaq Brown waqt li kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Il-Partit Laburista fil-Gvern u l-Konservattivi t-tnejn qalu li huma impenjati biex jindirizzaw l-iżbilanċ tar-Renju Unit li din is-sena jista' jaqbeż it-tnax fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku (GDP).

Madankollu, iż-żewġ partiti ma jaqblux dwar iż-żmien opportun għal azzjoni iebsa u deċiżiva li 'l quddiem isservi ta' stimolu għall-ekonomija.

Bookmark Print page Email page
Lest ikompli bħala Kap Laburista anki mingħajr maġġoranza
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Ħarsa madwar id-dinja
Il-Gvern Spanjol jgħid ma jistax jafda lil-ETA
Fini se jevita l-passi li jwasslu għall-elezzjoni
L-ETA jħabbru waqfien mill-attakki vjolenti
Iċ-ċentru ta' Christchurch jibqa' magħluq
`
Punti ewlenin
14:03 Titħabbar il-mewt ta' missier il-President George Abela
13:57 Isir il-funeral ta' Ġiġi Gonzi, missier il-Prim Ministru
15:49 L-ekonomija Maltija tkompli tikber għat-tielet perjodu konsekuttiv
06:55 Titlef ħajjitha l-ħames vittma tal-isplużjoni fl-Għarb
iktar aħbarijiet
18:15 L-ekonomija Ewropea qed tirkupra tjabbe mir-riċessjoni
17:34 Kunsillier Laburista ta' Ħ'Attard b'sentenza sospiża wara li kisser numru ta' balavosti
17:06 L-Universita' ma rrifjutatx applikazzjonijiet għall-kors tan-Nursing
17:06 Imfakkar Jum il-Vitorja
16:36 Tnejn akkużati bi ħruq ta' bastiment u lanċa tas-sajd
16:21 Ikkonfermata sentenza dwar tliet eks membri tal-Korp tal-Pulizija
16:14 Jallega li avviż li rċieva biex titwaqqa residenza huwa llegali
16:05 Ħarsa madwar id-dinja
15:49 L-ekonomija Maltija tkompli tikber għat-tielet perjodu konsekuttiv
15:37 Jinżamm arrestat wara li allegatament faqa' tazza f'wiċċ peruna
Editorjal

Miet il-politiku tal-persważjoni

Miet il-politiku tal-persważjoni
Opinjoni

Int se tattendi għall-Festi tal-Indipendenza, li se jsiru bejn is-16 u l-20 ta’ Settembru fuq il-Fosos?

Iva
Le
Forsi