MaltaRightNow.com sezzjoni: almanakk
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti u Kultura
Spettaklu
Destinazzjonijiet
Edukazzjoni
Divertiment
Ekonomija
Ewropa
Għawdex
Ikel u Riċetti
Info TV u Radju
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Mużika
Parlament
Qorti
Saħħa
Stejjer ta' Vera
VIP Gossip
Xjenza u Teknoloġija
sport
Tazza tad-Dinja 2010
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Futbol Ieħor
Sport Ieħor
Champions League
ĊIPRU 2009
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
links
Almanakk tal-Ġurnata

L-Erbgħa, 17 ta' Marzu

Is-76 jum tas-sena - 289 jum għal tmiem is-sena

Manwel ZAMMIT
16 ta' Marzu, 2010  19:58 CET

Il-Qaddis tal-Jum

SAN PATRIZJU, l-qaddis protettur tal-Irlanda. Huwa ma kienx Irlandiz. Twieled fis-17 ta' Marzu ghal habta tas-sena 385, x'aktarx qrib Dumbarton, l-Iskozja. Ta' 16-il sena huwa kien inqabad bhala skjav minn Irlandizi li habtu ghall-inhawi ta' Dumbarton. Huwa dam sitt snin ilsier fl-Irlanda, meta rnexxielhu jahrab u sab ruhhu f'Gaul (Franza) u l-Italja. Hemmhekk kellu vizjoni tal-Mulej li talbu jmur lura lejn l-Irlanda biex jikkonverti lill-pagani ghall-Kristjanezmu. Huwa ghamel kif qallu Alla ghal habta tas-sena 432. Fl-Irlanda huwa ghamel xoghol kbir missjunarju sa ma miet fl-464. Kull 17 ta' Marzu l-Irlandizi jiffestiggjaw bil-kbir il-festa tal-patrun taghhom. Ta' min ighid li l-ewwel celebrazzjoni ta' Jum San Patrizju saret mill-Irlandizi li marru jghixu f'Bosta, l-Istati Uniti, fl-1737.

Ġraw bħal-lum

1805 - Ir-Republika Taljana, b'Napuljun bhala President, issir ir-Renju tal-Italja b'Napuljun Re.

1845 - Stephen Perry minn Londra jivvinta r-"rubber band".

1861 - L-Italja tiddikjara l-indipendenza u tkun ipproklamata l-Monarkija tal-Italja.

1913 - Titwaqqaf il-Qawwa tal-Ajru tal-Urugwaj.

1929 - Id-Dittatur Spanjol Primo de Rivera jaghlaq l-Universita' ta'Madrid.

1934 - L-Italja, l-Awstrija u l-Germanja jiffirmaw il-Protokoli ta' Ruma.

1938 - Il-Gvern Pollakk ipprezenta ultimatum lil-Litwanja biex tistabilixxi relazzjonijiet diplomtici.

1948 - Il-pajjizi tal-Benelux, Franza u r-Renju Unit jiffirmaw it-Trattat ta' Brussel li aktar tard wassal biex tinholoq l-allejanza militari tal-punent, in-NATO.

1950 - Fil-Belgju, jirrizenja l-gvern ta' Eyskens.

1958 - L-Istati Uniti ttella' s-satelita Vanguard 1.

1959 - Tenzin Gyatso, l-14 Dalai Lama jahrab mit-Tibet u jmur l-Indja.

1966 - 'Il barra mill-kosta ta' Spanja, s-sottomarin "Alvin" isib il-bomba idrogena li tilfu fil-bahar l-Amerikani.

1969 - Golda Meir issir ir-raba' Prim Ministru ta' Israel.

1973 - Ir-Regina Elizabetta t-Tieni tal-Ingilterra tiftah il-London Bridge il-gdid.

1978 - F'Zaire, 13-il avversarju tal-President Mobutu jinqatlu.

1988 - Ajruplan Boeing 727 Kolumbjan tal-linja tal-ajru Avianca jikkraxxja qrib il-muntanji fil-Venezwela u joqtol 143 passiggier.

1992 - Id-delegati tal-General Workers' Union jivvutaw biex tintemm l-ghaqda statutorja tal-Union mal-Malta Labour Party.

1993 - F'Kalkutta, l-Indja, jsir attakk b'bomba u joqtol 60 persuna.

1998 - Il-Partit Nazzjonalista jhabbar l-isem u l-logo tal-istazzjon televisiv tieghu: NET Television. Dan l-istazzjon stabilixxa ruhha bhala wiehed mill-aqwa stazzjonijiet Maltin, grazzi ghas-sehem u d-dedikazzjoni ta' dawk kollha konnessi mieghu, fosthom tmexxija, staff, producers u prezentaturi.

1999 - Il-Vatikan u l-kumpanija Sony jiftehmu biex jinhareg l-ewwel video muzikali li fih il-Papa Gwanni Pawlu t-Tieni jkanta "Abba Pater".

2003 - Robin Cook, ministru fil-kabinett tal-Prim Ministru Tony Blair, jirrizenja ghaliex ma qabilx mal-pjani tal-gvern ghal gwerra mal-Iraq.

2004 - Aktar nkwiet fil-Kosovo jhalli aktar minn 22 persuna mejta u 200 ohra midruba waqt li nqerdu 35 tempju tal-Ortodossi Serbi u zewg moskej f'Belgrad u Nis.

Twieldu

1949 - Patrick G. Duffy, attur televisiv. Huwa twieled f'Townsend, Montana, l-Istati Uniti. Attenda l-Universita' ta' Washington, Seatle. Maghruf l-aktar ghall-parti tieghu bhala Larry Hagman, hu Bobby Ewing, fis-sensiela televisiva "Dallas". Karattru iehor li ghamlu popolari huwa dak ta' Frank Lambert fil-kummiedja televisiva "Step by Step". Il-karriera televisiva tieghu bdiha fl-1976, meta hadem il-parti ta' Mark Harris f'"Man from Atlantis". Sentejn wara nghata parti f'"Dallas". Fit-18 ta' Novembru, 1986, Duffy sofra telfa kbira mill-qtil tal-genituri tieghu waqt li kienu qed jigu misruqa minn zewg zghazagh f'Montana. Il-qattiela, Kenneth Miller u Sean Wents, instabu hatja u wehlu 180 sena habs. Duffy kien kattoliku u kkonverta ghall-buddizmu.

Twieldu wkoll

1834 - Gottlieb Daimler, inginier u inventur Germaniz (miet 1900)
1919 - Nat King Cole, kantant Amerikan (miet 1965)
1922 - Sheikh Mujibur Rahman, il-mexxej fundatur ta' Bangladesh (miet 1975)
1938 - Zola Taylor, kantant Amerikan tal-grupp The Platters (miet 2007)
1976 - Alvaro Recoba, footballer Urugwajan

Mietu

1990 - CAPUCINE, attrici Franciza li twieldet fis-6 ta' Jannar, 1931, f'Saint-Raphael, fi Franza. Isimha proprju kien Germaine Lefebvre. Ta' 17-il sena saret mudella tal-moda u hadet l-isem ta' Capucine. Hadmet l-ewwel film taghha ("Rendez-vous de Juillet) meta kellha 18-il sena. Fl-1950 izzewget lill-attur Franciz Pierre Trabaud, liema zwieg ma hax fit-tul. Hija marret Hollywood fejn hadmet ghadd ta' films li ftit li xejn ghamlulha success. Wara sentejn romantici ma' William Holden, li kien mizzewweg, Capucine marret lura lejn l-Ewropa u bdiet tahdem films b'ghadd ta' lingwi, fosthom il-Franciz u t-Taljan. X'aktarx li l-ahjar film taghha kien dak tal-Pink Panther fejn kellha l-parti tal-mara tal-Ispettur Clouseau. Hija kellha hbiberija mill-qrib hafna mal-attur Dirk Bogarde, li kien qed jikkonsidra serjament li jizzewwigha. Wara li temmet din il-hbiberija Capucine kompliet timmudella u saret hbieb hafna mal-attrici Audrey Hepburn, li wkoll kienet qed timmudella. Capucine kkomettiet suwicidju f'Lausanne, l-Isvizzera. Meta mietet kellha 59 sena.

Mietu wkoll

1849 - William It-Tieni tal-Olanda (twieled 1792)
1937 - Austen Chamberlain, statista Ingliz rebbieh tal-Premju Nobel ghall-Paci (twieled 1863)
1957 - Ramon Magsaysay, President tal-Filippini (twieled 1907)
1996 - Vitorin Galea, attrici (twieldet 1929)
2000 - Wenzu Gabaretta, goalkeeper (twieled 1918)

Kont taf ... ?

... li Walt Disney kien jibza' mill-grieden?
... li l-qies ta' ghajnejna jibqa' dejjem l-istess (dak tat-twelid) waqt li l-imnieher u l-widnejn qatt ma jieqfu jikbru?
... li t-tul tal-gewnah ta' Boeing 747 huwa itwal mill-ewwel titjira ta' l-ahwa Wright?
... li kien Leonardo Da Vinci ivvinta l-imqass?

Riflessjoni

"Il-kritici ma jixtrux id-diski. Jiksbuhom b'xejn" - Nat King Cole, kantant popolari Amerikan li twieled fis-17 ta' Marzu, 1919 u miet fil-15 ta' Frar, 1965.

Bookmark Print page Email page
L-Erbgħa, 17 ta' Marzu
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
L-Erbgħa, 17 ta' Marzu
It-Tlieta, 16 ta' Marzu
Is-Sibt, 13 ta' Marzu
Il-Ġimgħa, 12 ta' Marzu
Il-Ħamis, 11 ta' Marzu
`
Punti ewlenin
11:37 Jinstab mejjet f'għalqa raġel ta' 38 sena
12:39 Ħad-Dingli u San Lawrenz jippreżentaw pjani għal sostenibilita' fil-lokalita'
13:10 Il-MEDAC tgawdi minn għotja ta' kważi €1.5 miljun mill-Gvern Svizzeru
13:36 2000 kelb imsewwija fl-ewwel sena tal-kampanja tal-SPCA
iktar aħbarijiet
16:11 Niġerjani jammettu li ppruvaw jaħarbu lejn Ruma
15:53 Malta parti minn Expedition 206
15:09 Syrian jallega li ssawwat mill-Pulizija
14:39 NET TV jippreżenta l-iskeda tal-Ħarifa
13:36 2000 kelb imsewwija fl-ewwel sena tal-kampanja tal-SPCA
13:10 Il-MEDAC tgawdi minn għotja ta' kważi €1.5 miljun mill-Gvern Svizzeru
12:56 Studenti jingħataw boroż ta' studju biex ikomplu bl-istudji barra minn Malta
12:46 L-istudenti Rabtin premjati għall-ospitalita' tagħhom
12:39 Ħad-Dingli u San Lawrenz jippreżentaw pjani għal sostenibilita' fil-lokalita'
12:25 Il-Prim Ministru jinawgura 'Iljieli Melliħin'
Editorjal

Miet il-politiku tal-persważjoni

Miet il-politiku tal-persważjoni
Opinjoni

Int se tattendi għall-Festi tal-Indipendenza, li se jsiru bejn is-16 u l-20 ta’ Settembru fuq il-Fosos?

Iva
Le
Forsi