MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Xjenza u Teknoloġija
Arti, Divertiment u Kultura
Kurżitajiet
Ewropa
Qorti
Kunsilli Lokali
Parlament
Għawdex
Features
Ekonomija
Avviżi ELCOM
Librerija
sport
Futbol Taljan
Futbol Ieħor
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Aħbarijiet Lokali

It-Temp fl-2008

Ingrid FENECH
1 ta' Jannar, 2009  19:41 CET
Bookmark Print page Email page

L-ewwel 5 xhur tas-sena 2008 kienu aktar sħan mill-istess perjodu tas-sena ta' qabel, iżda x-xita li niżlet f'Marzu u f'Settembru kienet aktar minn dik imkejla fl-istess xhur f'dawn l-aħħar 30 sena. F'ħarsa aktar dettaljata lejn it-temp f'uħud mix-xhur tas-sena 2008, jidher li Frar kien xahar kiesaħ ħafna, bl-inqas tempertaura tkun ta' 5 gradi punt 2 fit-18 tax-xahar.

Min-naħa l-oħra, f'April niżlet l-anqas ammont ta' xita fl-istess żmien tul dawn l-aħħar 84 sena. Lulju ma kienx sħun ħafna meta mqabbel mal-aħħar 55 sena, tant li l-ogħla temperatura kienet ta' 35 grad fit-tmienja tax-xahar.

Das-sajf ma kienx kiefer ħafna.  Filfatt, Awissu kellu temperaturi aktar baxxi mill-medja mkejla fl-aħħar 30 sena, iżda l-iljieli t'Awwissu kienu pjuttost iktar sħan min-normal.  F'Awwissu ma niżletx xita. Għall-kuntrarju, f'Settembru kienu mkejla 88 millimetru ta' xita, kważi 30 millimetru iżjed mill-medja tal-istess xahar fl-aħħar 30 sena.

Il-ħarifa bdiet turi snienha, u Ottubru kien aktar kiesaħ minn normal, iżda x-xita f'dax-xahar kienet ferm anqas mill-medja. Min-naħa l-oħra, f'Novembru Malta għaddiet minn 9 maltempati kbar, tant li fit-18 ta' Novembru niżel is-silg.  Il-jiem ta' Novembru kienu kkaratterizzati wkoll minn irjiħat qawwija.

Diċembru wkoll kellu ġranet ta' riħ qawwi, tant li fit-22 tax-xahar tkejjel riħ ta' forza 9.  Ir-riħ forza 8 li ħakem il-gżejjer Maltin fit-28 ta' Diċembru saħansitra wassal biex numru ta' cruiseliners ma setgħux jidħlu fil-port, eku tal-maltempata li saret fil-11 ta' Diċembru meta ir-riħ qawwi ħalla ħerba sħiħa f'Marsaxlokk u waqqaf il-ħidma tal-Port Ħieles.  

Fis-27 tax-xahar, it-toroq tal-Belt Kapitali sebħu miksija bis-silġ f'xena tipika ta' kartolina tal-Milied, għalkemm aktar tard matul il-jum reġgħet firġet ix-xemx.

It-Temp fl-2008
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
'Inċident li seraqli d-dinjita' - Edward Cremona
Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira
Il-funzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira
Persuni jsofru ġrieħi f'żewġ inċidenti separati
Jingħata bidu għan-Novena tal-Ħniena Divina
Punti ewlenin
12:49 Mixja b'risq Puttinu Cares
13:34 Mara l-isptar wara xokk, x'aktarx kawża ta' sajjetta
10:46 Il-Papa Franġisku imdawwar mill-morda u persuni b'diżabilita'
12:31 Żieda ta' passiġġieri bejn Malta u Għawdex
iktar aħbarijiet
20:11 'Inċident li seraqli d-dinjita' - Edward Cremona
19:36 Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira
19:20 Il-funzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira
18:19 Persuni jsofru ġrieħi f'żewġ inċidenti separati
17:42 Jingħata bidu għan-Novena tal-Ħniena Divina
17:09 Uffiċċjali jgħassu tajra protetta
16:40 Taljana tittajjar fil-Belt Valletta
16:27 Mijiet jimxu mat-tradizzjoni tas-Seba' Visti
15:04 Ikomplu ix-xejriet varji fis-swieq finanzjarji internazzjonali
14:02 Tinstab pjaneta li tixbaħ id-dinja
Editorjal

Tliet voti konsistenti

Tliet voti konsistenti
Opinjoni

Taqbel mad-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li jaħżen il-gass fil-bajja ta' Marsaxlokk?

Iva
Le
Ma nafx