MaltaRightNow.com sezzjoni: Mill-Qorti
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti u Kultura
Spettaklu
Destinazzjonijiet
Divertiment
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
Għawdex
Ikel u Riċetti
Info TV u Radju
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Mużika
Parlament
Qorti
Saħħa
Stejjer ta' Vera
VIP Gossip
Xjenza u Teknoloġija
sport
Tazza tad-Dinja 2010
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Futbol Ieħor
Sport Ieħor
Champions League
ĊIPRU 2009
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
links
Qorti

Il-kumpilazzjoni dwar il-mewt ta' Abubaker

Xhieda konflinġenti fil-każ tal-bouncer

Ray ABDILLA
12 ta' Ġunju, 2009  13:39 CET

Kien hemm xhieda konflinġenti fil-każ tal-"Bouncer" ta' 29 sena minn Raħal Ġdid li mill-Ġimgħa filgħodu beda jiġi mixli quddiem il-Maġistrat Lawrence Quintano li kkaġuna feriti gravi segwiti bil-mewt fil-konfront ta' Suleiman Ismail Abubaker, raġel ta' nazzjonalita Sudaniża.

Filwaqt li żewġ Franċiżi kien kienu Paċeville dak inhar tal-inċident, kien qalu lill-Pulizija u fil-Qorti li huma kienu raw raġel ieħor jagħti bis-sieq lill-vittma, tliet xhieda Maltin qalu li huma ma raw lil ħadd jagħti bis-sieq lis-Sudaniż, u li skond huma kien fis-sakra.

Il-Ġimgħa filgħodu kompla l-każ ta' Duncan Deguara li kien qed jiġi mixli li bl-aġir tiegħu poġġa l-ħajja ta' Suleiman Ismail Abubaker f'periklu wara li mbuttah għax ried jidħol fi stabbiliment ġewwa Paċeville. Duncan Deguara kien qed jiġi mixli li nhar id-29 ta' Mejju qiegħed il-ħajja tas-Sudaniż fil-periklu wara argument li nqala bejniethom waqt li l-akkużat kien xogħol. Deguara kien mixli li wettaq dan ir-reat bejn it-3.00 a.m u l-4.00 a.m, u li kkaġuna feriti gravi f'ras il-vittma wara li mbuttah, bil-konsegwenza li ħabat rasu ma' bankina. Deguara kien mixli wkoll li kien impjegat mingħajr ma kellu liċenzja ta' Awtorità kompetenti.

L-Ispettur Martin Sammut qal li ma' din l-akkuża issa kien qed iżid akkuża oħra dik li skond il-liġi tgħid li Deguara kkaġuna feriti gravi segwiti bil-mewt fi żmien 40 ġurnata. Qabel ma beda l-każ l-Avukati Difensuri tal-akkużat talbu lill-Qorti biex dan il-każ ma jibqax jiġi jiġI fabbrikat minn naħa tal-media bħala xi każ ta' razziżmu. Id-difiża qalet lid an il-każ spiċċa fuq ħafna blogs u l-media fejn dawn di'a kważi qegħdin jagħtu l-impressjoni li l-allegat reat sar għax il-persuna kienet ta' karnaġġon sewda meta dan ma kienx il-każ.

L-Avukat Herrera qal li fl-istabbiliment Footloose fejn seħħ l-inċident hemm policy li anke xi Maltin ma jidħlux u mhux sew li wieħed qed jibqa' jisħaq fuq dan, fejn anke saħansitra se jsir marċ ta' protesta sempliċimnt fuq dan il-każ.
Minn naħa tagħha l-Qorti qalet li filwaqt li hija temmen li f'pajjiż demokratiku għandha tibqa' ħielsa l-liberta' tal-kelma, l-akkużat sakemm jgħaddi ġuri għadu preżent innoċenti u għalhekk qabel ma wieħed jaqbad il-pinna u jikteb għandu jkun responsabbli.

Il-Ġimgħa xehdu Chris Tanti u Kevin Whitelaw li dawn qalu li dak inhat tal-inċident kienu quddiem il-Footloose maġenb il-karozzi pparkjati tagħhom wara li dawn kien marru biex iġibu l-karozza minn parkeġġ fil-viċin. Qalu wkoll li aktar qabel kienu l-Footloose u li iżda ma kien seħħ l-ebda inċident. Huma qalu li ftit wara li pparkjaw quddiem l-ħanut raw lill-allegat vittma ħiereġ u li kien qed jargumenta ma' Duncan Deguara, li dan minn naħa tiegħu mbotta lill-vittma u waqa' għal daru ma' l-arti. Mad-daqqa rasu faqqgħet u ġie viċin il-karozzi tagħhom.

Ix-xhieda qalu li ftit tal-minuti wara s-Sudaniż qam iżda reġa' waqa' wara li tfixkel f'tabella li hemm barra mill-Footloose, u reġa' waqa' ma' l-art. Dan ittanta jqum it-tieni darba u kien mgħejjun mill-akkużat u persuna oħra li ma jafux min hi. Wara, flimkien ma' xi persuni oħra huwa niżel l-isfel u te4laq lejn id-direzzjoni tad-diskoteka Axis. Fuq mistoqsijiet tal-Qorti u tal-Ispettur Sammut ix-xhieda qalu li huma ma kienu raw lil ħadd jagħt ibis-sieq lis-Sudaniż.

Dawn il-mistoqsijiet saru fid-dawl li żewġ Franċiżi li kienu jafu lis-Sudaniż u dak inhar tal-inċident kienu fuq il-post, Maxim Gault u Clement Majon, kienu qalu li kienu raw lill-imputat jimbotta u lill-vittma u sussegwentament jagħtih daqqa f'rasu. Qalu wkoll li kienu huma ġabru lill-vittma minn mal-art u li kien hemm diversi persuni oħra li taw diversi daqqiet  ta' sieq lill-vittma.

Xehdet ukoll Ashley Conti, li taħdem bħala żeffiena fil-Footloose, fejn qalet ukoll li hija ma rat lil ħadd jagħti bis-sieq lis-Sudaniż u li hija ħarġet mill-kamra ta' ġewwa fejn kienet qed tiżfen minħabba li ħasbet li l-karozza ta' seħibha kienet f'xi periklu. Conti qalet ukoll li hija kellha mobile u ħadet xi ritratti tas-Sudaniż waqt li kien mixħut ma' l-art iżda dawn ir-ritratti kienet ħassrithom għax ma ġewx tajbin. Dwar fejn jinsab il-mobile, hija qalet li kienet tilfet il-mobile fuq il-karozza tal-linja li rikbet minn Ħal-Qormi.

Il-Qorti hawn bdiet tippressa lil Conti fuq il-mobile fejn qaltilha wkoll li ma kienitx qed temmen din il-verżjoni. Dwar għaliex bdiet tieħu r-ritratti, hija qalet li għax meta ma ratx lill-vittma jiċċaqqlaq ħażebt li dan kien mejjet. Il-Qorti fakkritha li qed tixhed bil-ġurament, bix-xhud tkompli tisħaq li hi kienet tilfet il-mobile fuq tal-linja.

Fil-bidu xehed l-Ispettur Sammut u spjega kif il-vittma instab ma' l-art fejn l-Axis. Huwa kkonferma l-fatt ukoll li Suleiman Ismail Abubaker, kellhom diversi każijiet fil-Qorti fejn minnhom kien hemm li ġġieled ma' bouncers u membri tal-Korp tal-Pulizija. Huwa kkonferma wkoll fuq mistoqsija tad-Difiża li kien hemm Pulizija li kien tressaq il-Qorti mixli li kien ħebb għal Suleiman Ismail Abubaker, liema Pulizija kien ġie illiberat mill-Qorti. Deguara qed wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġljuba kontrih. Il-każ ikompli fil-15 ta' Lulju li ġej.

Bookmark Print page Email page
Il-kumpilazzjoni dwar il-mewt ta' Abubaker
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Il-British Airways ordnata tħallas 222,000 ewro lill-ħaddiem Malti
Minn erba' għal tliet snin ħabs għal espert tal-arti marzjali
L-Avukat Ġeneraqli jappella mill-każ dwar il-prattiċi korrotti fl-elezzjoni
Jieħdu l-ġurament żewġ Imħallfin u Maġistrat ġdid
Sentenza sospiża wara li ppruvaw jaħarbu minn Malta
`
Punti ewlenin
20:05 Dokument b'enfażi fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ
20:31 Kuxjenza akbar dwar l-anzjani u l-vittmi tal-vjolenza domestika
14:59 9 miljun fondi tal-UE għall-protezzjoni u l-konservazzjoni ta' tliet siti storiċi
17:42 Erba' siti marittimi ddikjarati protetti
iktar aħbarijiet
21:19 Bint Clinton se tiżżewweġ
21:17 Tinbiegħ id-dentatura ta' Churchill
21:12 Ottimiżmu dwar aktar investiment fl-ST
20:43 Nirien kbar fil-foresti Russi
20:31 Kuxjenza akbar dwar l-anzjani u l-vittmi tal-vjolenza domestika
19:27 Aktar sigurta' fuq il-baħar
18:51 Il-qasam tal-assigurazzjoni jkompli jikber
18:04 Ikompli d-diżgwid bejn Berlusconi u Fini
17:42 Erba' siti marittimi ddikjarati protetti
17:01 Il-British Airways ordnata tħallas 222,000 ewro lill-ħaddiem Malti
Editorjal

Incentivi għas-self employed u negozji zgħar

Incentivi għas-self employed u negozji zgħar
Opinjoni

Il-Partit Laburista għandu jikxef dak li qed iżomm mistur dwar ir-riżenja tas-Sindku Laburista tal-Fgura?

Iva
Le
Ma Nafx