MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Xjenza u Teknoloġija
Arti, Divertiment u Kultura
Kurżitajiet
Ewropa
Qorti
Kunsilli Lokali
Parlament
Għawdex
Features
Ekonomija
Avviżi ELCOM
Librerija
sport
Futbol Taljan
Futbol Ieħor
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Aħbarijiet Lokali

Costa Favolosa se jibda u jtemm il-vjaġġi tiegħu minn Malta


5 t' April, 2013  15:57 CET
Bookmark Print page Email page

Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella rrikonoxxa l-fatt li sena wara l-oħra pajjiżna ra żieda fl-ammont ta' turisti li waslu Malta abbord Cruise Liners.

Fil-fatt is-sena l-oħra, kienet sena rekord f'din in-niċċa tat-turiżmu lejn Malta b'aktar minn 600,000 turist jaslu Malta abbord cruise liners, 52,000 turist aktar mis-sena ta' qabel – skont iċ-ċifri uffiċjali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.

Il-Ministru Karmenu Vella sa ftit ilu kien iċ-Chairman tal-kumpanija Orange Travel Group li hi l-kumpanija li bi ftehim li għamlet mal-Costa Cruises, il-vapur Costa Favolosa issa se jibda jidħol fil-Port il-Kbir kull ġimgħa.

L-Orange Travel, li hija l-Aġent tal-Costa Cruises f'Malta, twaqqfet fl-2011 wara li ngħaqdu flimkien il-Grupp SMS u l-kumpanija Mondial.

F'Settembru li għadda l-eks Ministru responsabbli mit-Turiżmu, Mario De Marco kien ħabbar li l-Port il-Kbir se jkun il-home port tal-Costa Favolosa. Dakinhar kien ħabbar ukoll li anke l-Cruise Liner Costa Classica kien se jibda juża l-Port il-Kbir ta' Malta bħala l-home port tiegħu.

Dan ifisser li l-Vjaġġi fl-intinerarju ta' dawn iż-żewġ bastimenti jibdew u jispiċċaw f'Malta.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet abbord dan il-Cruise Liner, Karmenu Vella qal li s-sena 2013 se tkun sena li se toffri aktar sfidi fis-settur tal-cruise liners f'Malta għaliex kien hemm vapuri li għażlu li ma jibqgħux jidħlu fil-Port il-Kbir.

Iżda l-Awtoritajiet kkonċernati se jibqgħu jagħmlu dak kollu possibbli sabiex iżommu iċ-ċifri pożittivi li rnexxielu jikseb pajjiżna l-aktar matul l-aħħar sena, is-sena 2012, għaliex wara kollox kull gvern jagħti l-importanza lil dan is-settur li joffri vetrina lil pajjiżna, kompla jgħid il-Ministru Vella.

Il-Costa Favolosa tagħmel parti mill-14-il vapur li għandha l-Costa Cruises u f'Ottubru tas-sena d-dieħla l-flotta se tikber għal 15-il vapur biex b'hekk il-Costa Cruises se tkun qed iġġorr madwar 45,000 passiġġier fuq il-vapuri tagħha.

Costa Favolosa se jibda u jtemm il-vjaġġi tiegħu minn Malta
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Il-finali tal-Junior Sanremo Malta
Kuntistabbli attakkata fl-Isptar Monte Karmeli
Għaxar immigranti mill-Ghana ripatrijati
Impenn mill-President f'dak kollu li qed ikun diskuss fil-Parlament
Proposta ta' policy ġdida għall- pompi tal-fjuwil
Punti ewlenin
16:37 Oppożizzjoni minn Kumitat ta' Azzjoni f'Santa Luċija għall-iżvilupp ta' dar tal-anzjani f'Wied Garnaw
20:41 Kuntistabbli attakkata fl-Isptar Monte Karmeli
17:05 Fil-Mellieħa: 23 siegħa bla dawl
16:16 Jitressaq is-seba' eks ħaddiem tal-Enemalta mixli bit-tbagħbis fl-isklandlu tal-iSmart Meters
iktar aħbarijiet
21:00 Il-finali tal-Junior Sanremo Malta
20:41 Kuntistabbli attakkata fl-Isptar Monte Karmeli
20:35 Għaxar immigranti mill-Ghana ripatrijati
19:35 Sentenza sospiża għal Sirjan li ħareb lejn l Svezja bla dokumenti
19:18 Sentenza sospiża għal omm Etjopjana li ħarbet minn Malta
19:11 Libjan jammetti li kkorrompa tfajla taħt l-eta'
18:59 Sentenza sospiża għal żagħżugħ
18:48 Impenn mill-President f'dak kollu li qed ikun diskuss fil-Parlament
18:18 Proposta ta' policy ġdida għall- pompi tal-fjuwil
18:01 L-industrija tal-għamara laqgħet tajjeb għall-kompetizzjoni
Editorjal

Tliet voti konsistenti

Tliet voti konsistenti
Opinjoni

Taqbel mad-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li jaħżen il-gass fil-bajja ta' Marsaxlokk?

Iva
Le
Ma nafx