MaltaRightNow.com
13 t' April, 2012
20:44 CET |
Michael Schumacher irritorna fil-post fejn rebaħ l-aħħar minn 91 tiġrija tiegħu fil-Formula 1 u rreġistra l-aktar ħin veloċi għal Mercedes waqt l-ewwel jum ta’ provi liberi għall-GP taċ-Ċina li se jsir il-Ħadd.
Is-sewwieq ta’ 43 sena, seba’ darbiet champion tad-dinja u li l-aħħar rebħa tiegħu mal-Ferrari kienet f’Shanghai fl-2006, dar maċ-ċirkwit fl-aħjar ħin ta’ minuta 35.973 sek wara li s-sewwieq tal-McLaren Lewis Hamilton kien irreġistra l-aħjar ħin fis-sessjoni ta’ filgħodu.
Hamilton li se jingħata penalità ta’ ħames postijiet fuq il-grid għat-tiġrija tal-Ħadd, talli kellu jibdel il-gearbox li effettivament temmitlu t-tama li jikseb it-tielet pole position konsekuttiva, kiseb ukoll it-tieni l-aħjar ħin wara Schumacher fis-sessjoni ta’ filgħaxija.
Iċ-Champion tal-2008, rebbieħ tat-tiġrija s-sena l-oħra u l-uniku sewwieq li qatt rebaħ darbtejn f’Shanghai, għamel seba’ dawriet filgħodu imma kiseb l-aħjar ħin ta’ 1>37.106. min.
Wara x-xita ta’ matul il-lejl, il-Brittanniku kien kuntent li beża’ għat-tyres ladarba jaf li se jkollu b'>onn kull vantaġġ strateġiku possibbli għada, biex jiċċelebra l-ewwwel rebħa tal-istaġun.
Nico Rosberg u Michael Schumacher tal-Mercedes li t-tim tagħhom il-Ħamis iffaċċja protest mhux milqugħ mir-rivali Lotus dwar wing ta’ wara kontroversjali, kisbu t-tieni u t-tielet l-aħjar ħin rispettivament fl-ewwel sessjoni.
Il-Messikan Sergio Perez li x-xahar l-ieħor wassal lis-Sauber sat-tieni post fil-GP tal-Malasja, kiseb ir-raba’ ħin filgħodu quddiem il-Ġappuniż Kamui Kobayashi, imma s-solitu sewwieqa qabżuhom fit-tieni sessjoni.
Id-darbtejn Champion Sebastien Vettel tar-Red Bull temm il-ġurnata bit-tielet l-aħjar ħin bl-Awstraljan sieħbu Mark Webber ir-raba’.
Vettel li għad irid jirbaħ tiġrija jew jibda mill-ewwel filliera dan l-istaġun, wara li ddomina l-2011, kien qed ju'>a sistema tal-exhaust differenti minn ta’ Webber.
Ferrari dehru li reġgħu jinsabu fl-inkwiet bil-leader tal-kampjonat Fernando Alonso jikseb il-11 u l-10 post fiż-żewġ sessjonijiet waqt li sieħbu l-Brażiljan Felipe Massa saħansitra temm fis-17-il post wara nofsinhar.
Is-sewwieq Franċi'> ta’ riserva ta’ Force India, Jules Bianchi, iddebutta fil-provi għall-ewwel sessjoni minflok il-Brittanniku Paul Di Resta.
Intant il-kapijiet tal-Formula aċċettaw li jieħdu sehem fil-GP tal-Bahrain ġimgħa oħra minkejja tħassib dwar is-sigurtà u sejħiet minn attivisti kontra l-Gvern tal-lokal biex din it-tiġrija ma ssirx. L-FIA ħabbret li dan il-GP li s-sena l-oħra kien tħassar minħabba l-inkwiet politiku intern, din is-sena se jsir fi skedat.
|