Charles CAMENZULI
30 ta' Lulju, 2010
17:54 CET |
Skond il-Kap Eżekuttiv tal-Olimpijadi ta' Londra, Sir Sebastian Coe,l-Olimpijadi ta' Londra ser jiġbru fihom esperjenzi miksuba mill-Olimpijadi ta' Beijing Sydney, Barcelona u mill-Olimpijadi tax-Xitwa f'Vancouver.
Sebastian Coe jinsab f'dawn il-ġranet fi New Delhi fl-Indja, il-Belt li aktar tard din is-sena ser torganizza l-Edizzjoni 2010 tal-Logħob tal-Commonwealth. Flimkien miegħu rebbieħa oħra Olimpiċi Kelly Holmes rebbieħa ta' żewġ medalji f'Ateni u Steve Redgrave rebbieħ ta' ħames medalji Olimpiċi. Fost id-delegazzjoni Ingliża hemm wkoll il-Prim Ministru Ingliż David Cameron.
Il-Logħob tal-Commonwealth ser isiru f'Delhi bejn it-3 u l-14 ta' Ottubru u l-Kumitat Organiżattiv qed jagħmel minn kollox biex ikabbar l-interess wara li c-Champion Olimpiku tal-Jamaica Usain Bolt ħabbar li mhux se jieħu sehem.
|