15 ta' Ġunju, 2012
20:44 CET |
Matul din il-ġimgħa, is-sewwieq Malti u Champion tad-Dinja, Aaron Ciantar, kellu l-ewwel provi bid-dgħajsa l-ġdida Chaudron, iddisinjata minnu stess u mibnija minn missieru, Charles Ciantar. Id-dgħajsa l-ġdida għall-2012 hi Chaudron Pro S 22, ta’ daqs iżgħar u b’mutur outboard ta’ 300 HP.
Wara l-provi f’pajjiżna, din il-powerboat se tiddebutta fi Franza f’Kampjonat riżervat għal din il-kategorija, bil-possibbiltà li anki l-istess Aaron Ciantar isuq fi Franza. Kelliem għal Chaudron ikkonferma li fl-Ukrajna hemm interess f’din il-powerboat, fejn hemm il-possibbiltà li jsir Kampjonat b’7 dgħajjes Chaudron ta’ din il-kategorija. Fil-provi li saru fuq single outboard 300, Aaron Ciantar laħaq il-95 mil fis-siegħa, li huwa l-massimu li dan il-mudell jista’ jtella’.
Ritratt: Roberto Runza
|