MaltaRightNow.com sezzjoni: sport
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
EURO 2012

Żewġ goals ta’ Alonso jeliminaw lil Franza


24 ta' Ġunju, 2012  09:32 CET

Spanja komplew fit-triq tar-rebħ, din id-darba għall-ispejjeż ta’ Franza, biex aċċertaw post fis-semi-finali, grazzi għal żewġ goals – wieħed minnhom minn penalty – skurjati mill-midfielder ta’ Real Madrid, Xabi Alonso.
 
B’dan ir-riżultat, Spanja jikkonfrontaw lill-Portugall f’derby kollu kemm hu Iberiku, u meta “il-Furji Ħomor” għadhom jittamaw li jiktbu paġna ġdida bħala l-ewwel holders tat-Tazza għall-Pajjiżi Ewropej li jirnexxilhom jiddefendu t-titlu, u bħala xi ħaġa li
għalissa ma seħħet qatt fl-istorja tal-kompetizzjoni.
 
Spanja ma wettqux xi affarijiet kbar tul il-logħba, iżda kienu tajbin biżżejjed biex jiksbu vantaġġ pjuttost kmieni li irnexxielhom jikkontrollaw sat-tmiem, u bil-penalty skurjat minn Alonso fil-ħin miżjud jikkonkludi kull diskors.
 
Minkejja li kellhom lil Franck Ribery ferm attiv fi kważi kull dipartiment tal-ground, Franza mill-ġdid iddiżappuntaw u anki dehru li ma ġewx f’tagħhom mit-telfa sorpriża ta’ kontra l-Iżvezja, li kienet tellfitilhom ir-rebħ tal-grupp u “ikkundannathom” għal konfront dirett maċ-Champions tal-Ewropa u tad-Dinja.
 
Intant, fallew it-tattiċi tal-coach Franċiż, Laurent Blanc, li niżel b’formazzjoni pjuttost difensiva, u bl-Ispanjoli jinsistu fuq is-soltu logħba ta’ pressing kontinwu biex jagħfsu lill-avversarji lura. 
 
Fil-fatt, l-Ispanjoli kellhom jistennew biss sad-19-il-minuta biex jiftħu l-iskor meta l-fullback Jordi Alba għadda b’veloċità minn mal-linja u xeħet ballun għal ġol-kaxxa, fejn Alonso – li kien kompletament żmarkat – ma kellux diffikultà biex jiskorja bir-ras u jiċċelebra bl-isbaħ mod il-mitt dehra tiegħu bil-flokk nazzjonali Spanjol.
 
Il-Franċiżi, li qabel din il-logħba kellhom rekord impressjonanti mal-Ispanjoli (b’ħames rebħiet u draw mis-sitt konfronti kompetittivi preċedenti) ippruvaw iwettqu reazzjoni, iżda sabu d-difiża mmexxija minn Iker Casillas u Gerard Pique dejjem attenta biex tbiegħed kull periklu – u bil-midfield Spanjol jikkontrolla r-riżultat mingħajr wisq affann sal-mistrieħ.
 
L-unika azzjoni Franċiża denja ta’ nota fl-ewwel taqsima waslet minn free-kick ta’ Yohan Cabaye, li Casillas dawwar għal corner, u bi Spanja – l-istess bħalma kienu għamlu mal-Italja – jaffrontaw lill-avversarji mingħajr attakkant stabbilit, tant li kellhom il-lussu li jdaħħlu lill-forwards perikolużi Pedro u Fernando Torres f’nofs it-tieni taqsima.
 
Min-naħa tagħhom, il-Franċiżi dehru kemxejn aktar avventurużi fit-tieni 45 minuta, b’daqqa ta’ ras minn Mathieu Debuchy tgħaddi ftit għoli, iżda l-attakkant Karim Benzema reġa’ kellu ħarġa deludenti, u bis-sostituti Samir Nasri u Jeremy Menez ftit iħallu impatt.
 
Spanja għalqu l-logħba fuq l-attakk u fil-91 minuta rebħu l-penalty wara li Anthony Reveillere waqqa’ lil Pedro fil-kaxxa. Inkariga ruħu minnu Alonso, li mill-ġdid għeleb lill-goalkeeper Hugo Lloris għal riżultat finali ta’ 2-0.
Ta’ min jgħid li Spanja issa ilhom mingħajr telfa fi tmintax-il logħba kompetittiva, u mindu kellhom ibaxxu rashom kontra l-Iżvizzera fl-ewwel logħba tal-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2010. “Il-Furji {omor” lanqas ma sofrew goal fl-aħħar tmien logħbiet tat-tournaments fuq stil ta’ knockout.

SPANJA
1-Iker Casillas, 17-Alvaro Arbeloa, 15-Sergio Ramos, 3-Gerard Pique, 18-Jordi Alba, 8-Xavi, 16-Sergio Busquets,
14-Xabi Alonso, 21-David Silva (7-Pedro 65), 10-Cesc Fabregas (9-Fernando Torres 67), 6-Andres Iniesta (20-Santi Cazorla 84)

FRANZA
1-Hugo Lloris, 13-Anthony Reveillere, 4-Adil Rami, 21-Laurent Koscielny, 22-Gael Clichy, 2-Mathieu Debuchy
(14-Jeremy Menez 64), 6-Yohan Cabaye, 17-Yann Mvila (9-Olivier Giroud 79), 15-Florent Malouda (11-Samir Nasri 65), 7-Franck Ribery, 10-Karim Benzema

Skorja – Xabi Alonso 19, 90+1pen
Referee – Nicola Rizzoli (Italja)

Bookmark Print page Email page
Punti ewlenin
19:33 Probabilta' kbira li l-Kummissjoni Ewropea tiftaħ proċeduri kontra l-Gvern Malti
21:06 "Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
21:04 "Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
21:03 "Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
iktar aħbarijiet
21:32 Twissija ta' riefnu
21:24 'Tomorrow' ta' Gianluca Bezzina tagħmel hit fl-Ingilterra!
21:06 "Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
21:04 "Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
21:03 "Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
20:13 Oklahoma tagħmel il-kontijiet
20:11 L-ewwel każ tal-virus il-ġdid
20:09 Issaħħaħ is-sigurtà madwar l-ambaxxati
19:53 Iħejju għat-tmiem ta’ era
19:50 Maqtul raġel b’rabta mal-bombi ta’ Boston
Editorjal

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.