Ivan VASSALLO
28 ta' Ġunju, 2012
09:28 CET |
Statwa ta' buddha mnaqqxa fil-ġebel 1500 sena ilu u li kienet ivvandaliżżata mit-Talebani fil-Pakistan qed tiġi irrestawrata minn tim ta' restawraturi mmexxija minn Luca Olivieri. Din l-istatwa tinstab fil-wied ta' Swat fit-Tramuntana tal-Pakistan.
Olivieri jqis li r-restawr parzjali ta' din l-istatwa tal-Buddha tista' ssir realta'. Ix-xogħol beda f'Ġunju għalkemm l-istudji kienu ilhom għaddejjin u fil-fatt fl-2008 olivieri kellu jabbanduna dan il- wied minħabba l-vjolenza settarja u l-attakki suwiċidji li kienu qed iseħħu.
Fi studju iffinanzjat mill-gvern Taljan, olvieri rnexxielu jsib madwar 120 sit Buddist u jieħu ħsieb il-formazzjoni ta' gwidi lokali sa biex jiħoloq forma ta' turiżmu kulturali f'dawk l-inħawi.
|