14 t' April, 2012
09:03 CET |
Wara proċess ta' tlier snin, riċerkatura Amerikani rnexxielhom jgħoddu n-numru ta' pingwini li jgħixu fl-Antartika. Dan sar permezz ta' ritratti meħudha mis-satellita.
Fil-kummenti tal-ekoloġista Barbara Wienecka, din hija l-ewwel darba fl-istorha tad-dinja li sar ċensiment sħiħ ta' speċi mill-ispazju.
Permezz ta' dan l-istudju, in-numru ta' pingwini fl-Antartika nstab li jilħaq 595,000, numru ferm ikbar mill-estimi ta' qabel, li kienu jikkalkulaw popolazzjoni bejn 270,000 u 350,000. Filwaqt li dan jawgura tajjeb, ir-riċerka turi wkoll kif numru ta' kolonji ta' pingwini ntilfu minħabba t-tibdil fil-klima.
|