MaltaRightNow.com sezzjoni: Mill-Qorti
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti u Kultura
Spettaklu
Destinazzjonijiet
Edukazzjoni
Divertiment
Ekonomija
Ewropa
Għawdex
Ikel u Riċetti
Info TV u Radju
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Mużika
Parlament
Qorti
Saħħa
Stejjer ta' Vera
VIP Gossip
Xjenza u Teknoloġija
sport
Tazza tad-Dinja 2010
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Futbol Ieħor
Sport Ieħor
Champions League
ĊIPRU 2009
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
links
Qorti

Spiċċa ferut wara li kien qed iwaħħal tabella f'Ħal-Qormi

Ray ABDILLA
29 ta' Lulju, 2010  16:14 CET

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Laurence Quintano kkundannat żewġ persuni minn Ħal-Qormi għal sentenza ta' ħabs sospiża wara li attakkaw ħaddiem li kien qed jobdi ordni mogħtija mis-superjuri tiegħu u jwaħħal tabella fi triq l-Imdina f'Ħal-Qormi stess. Il-vittma kien Carmelo Galea li waqt li kien qed jagħmel xogħlu qala' xebgħa u spiċċa b'ferita f'wiċċu.

Dan il-każ seħħ fis-17 ta' Mejju ta' tliet snin ilu, fejn Carmelo Galea u ċertu Edward John Galea kienu qegħdin iwaħħlu xi sinjali tat-traffiku. Joe Said, ta' 56 sena, kien ikkundannat sena ħabs sospiża għal erba' snin filwaqt lin-neputi tiegħu Justin Said, ta' 29 sena, kien ikkundannat tliet xhur ħabs sospiżi għal sena.

Fil-ħin li l-ħaddiema kienu qegħdin iwaħħlu t-tabelli, Joe Said ħareġ minn showroom u talab li Edward John Galea biex ma jwaħħalx it-tabella fil-post. Dan wieġbu li din ma kenitx deċiżjoni tagħhom, u Carmelo Galea, li kien miegħu, kompla bix-xogħol. Joe Said ipprova jipperswadi lil Carmelo Galea sabiex is-sinjal tat-traffiku ma jitwaħħalx.

Dan qallu li huma kienu qed jimxu skont il-pjanta tal-perit, u dak il-ħin Joe Said intilef u rrisponda billi tah daqqa ta' ponn. Dan kellu jittieħed l-Isptar minħabba l-ġrieħi li ġarrab. Joe Said, fil-Qorti, qal li Carmelo Galea kien għajru 'ballotra' u 'melħa' u meta resaq lejh biex ikellmu dan kien imbuttah. Justin Said qal li Carmelo Galea kien imbotta lil zijuh, li imbagħad kien tah daqqa ta' ponn. Justin Said qal ukoll li l-uniċi daqqiet li qala' l-vittma kienu minn għand zijuh.

Meta xehed il-vittma Carmelo Galea, huwa qal li waqt li kien qed iwaħħal is-sinjali tat-trafiku, Joe Said beda jgħajjat u qal li ma jridx jara permessi. Dak il-ħin waslu żewġ minibuses u minn waħa minnhom niżel Justin Said. Kien Joe Said li tah bil- ponn fejn kissirlu n-nuċċali f'għajnejh. Qal li sadanittant kif kien qiegħed ineħħi n-nuċċali u l-ħġieġ minn għajnejh, qabżu erba' persuni fuqu, fosthom Justin Said, li bdew jagħtuh bis-sieq u bil-ponn fuq rasu u f'partijiet oħrajn ta' ġismu.

Huwa qal li anke qabdu l-kpiepel il-ħomor, li jkun fit-triq bħala sinjali li jkun qed isir xi xogħol fit-triq, u bdew jagħtuh bihom. F'ħin minnhom telgħu fil-minibus u reġgħu marru warjah u bdew isawwtuh. Skond il-vittma kemm Joseph Said u Justin Said kienu kienu fost dawk li bdew isawwtuh.

Il-Qorti qalet li mill-provi jirriżulta li ma hemm ebda dubju li kien Joe Said li ta d-daqqa ta' ponn lil Charles Galea li ġabet ferita gravi, filwaqt li qalet li dan ma kellux ebda raġuni għal li għamel. Jirriżulta wkoll li kemm Joseph Said kif ukoll Justin Said taw bis-sieq lil Charles Galea. Dwar Justin Said, il-Qorti qalet li dan kien fid-dmir li jikkwieta l-affarijiet u mhux ikompli jagħti bis-sieq.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Marisa Camilleri.

Bookmark Print page Email page
Spiċċa ferut wara li kien qed iwaħħal tabella f'Ħal-Qormi
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
L-Avukat Ġenerali se jinħatar Prim Imħallef
Illiberat mill-Qorti tal-Appell wara li kien weħel sitt snin ħabs f'ġuri
Ġlieda li kienet wasslet għal mewt ta' Filippin f'Birżebbuġia
''Re-enacto'' jammetti li seraq mill-Forti Rinelli
Aġġornata 2130
Nikki Dimech jgħid li mhux ħati għall-akkużi miġjubin kontrih
`
Punti ewlenin
18:34 Nikki Dimech sfiduċjat u jitneħħa minn Sindku
20:01 Il-Labour dgħajjef quddiem il-korruzzjoni
11:59 Il-MEPA tapprova l-estensjoni tal-Phoenicia b'investiment ta' 12-il miljun ewro
19:40 Il-konferenza tal-Oriflame tiġġenera bejn 6 u 8 miljun ewro fl-ekonomija Maltija
iktar aħbarijiet
20:22 Tattiċi Russi jfakkru fil-Gwerra Bierda
20:16 F'Washington, tingħata bidu għal taħdidiet ta' paċi bejn Iżrael u l-Palestinjani
20:14 L-ewwel 'platt sħun'...
20:01 Il-Labour dgħajjef quddiem il-korruzzjoni
19:40 Il-konferenza tal-Oriflame tiġġenera bejn 6 u 8 miljun ewro fl-ekonomija Maltija
19:37 Tnedija ta' servizz ġdid għas-sewwieqa minn Transport Malta
19:27 Kjarifika dwar laptops propjeta' tal-Kunsilli
18:43 Il-Viċi Sindku tal-Gżira jirriżenja minn kunsillier Laburista
18:34 Nikki Dimech sfiduċjat u jitneħħa minn Sindku
16:57 Il-FAM imfaħħra fil-ħidma kontra l-piraterija 'l barra mis-Somalja
Editorjal

Miet il-politiku tal-persważjoni

Miet il-politiku tal-persważjoni
Opinjoni

Liema minn dawn jiddeskrivi l-aħjar lil Guido de Marco?

Possibilista
Viżjonarju
Persważiv