MaltaRightNow.com sezzjoni: Mill-Qorti
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti u Kultura
Spettaklu
Destinazzjonijiet
Edukazzjoni
Divertiment
Ekonomija
Ewropa
Għawdex
Ikel u Riċetti
Info TV u Radju
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Mużika
Parlament
Qorti
Saħħa
Stejjer ta' Vera
VIP Gossip
Xjenza u Teknoloġija
sport
Tazza tad-Dinja 2010
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Futbol Ieħor
Sport Ieħor
Champions League
ĊIPRU 2009
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
links
Qorti

Sentenza sospiża wara li sawwat lill-ex martu u lis-sieħeb tagħha

Ray ABDILLA
29 ta' Lulju, 2010  13:06 CET

Raphael Degiorgio ta' 43 sena mill-Isla kien ikkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal sena wara li nstab ħati li sawwat lill-ex mara tiegħu u lis-sieħeb tagħha, b'dan ta' l-aħħar isofri ferita gravi li tista twassal għal difett permanenti.

Degiorgio instab ħati mill-Maġistrat Audrey Demicoli li fit-23 ta' Frar ta' tliet snin ilu fi Triq il-Kbira, Ħal-Qormi mingħajr il-ħsieb li joqtol jew li jqiegħed l-ħajja ta' Joseph Fenech f'periklu ċar ikkaġuna ferita ta' natura gravi. Huwa nstab ħati wkoll li kkaġuna feriti ta' natura ħafifa fuq l-istess Joseph Fenech.

Huwa nstab ħati wkoll li għamel li għarraq ħwejjeg ħaddiehor, u li ħebb għal Joseph Fenech u Rachael Degiorgio sabiex jagħmillhom ħsara u li heddidhom. Instab ħati wkoll li kiser il-paċi pubblika u li dagħa.

L-inċident kien wieħed familjari li nqala' għall-ħabta tal-17:30. Fiż-żmien tal-inċident, l-imputat u l-mara, li għandhom tliet itfal, kienu legalment separati u mart Rachael Degiorgio kellha relazzjoni ma' certu Joseph Fenech.

Degiorgio u Fenech qalu fil-Qorti li huma kienu bil-vann ta' Fenech, ħerġin minn triq sekondarja għal fuq it-triq prinċipali. Fil-vettura magħhom kien hemm iben Degiorgio. Waqt li kienu qed jistennew biex joħorgu fit-triq prinċipali, għadda Raphael Degiorgio bil-vann tiegħu, waqaf u mblukkalhom it-triq. Wara niżel mill-vettura tiegħu b'pajp b'biċċa ħadida mat-tarf tiegħu f'idejh u beda jagħti bih fuq il-vettura ta' Fenech.

Fenech qal li niżel mill-vann tiegħu biex iwaqqfu, iżda Degiorgio qabad jagħti lilu u laqtu f'rasu. Fenech qal li wkoll li kien sofra xi ġriei f'għajnejh u f'idu l-leminija; minkejja dan, il-Qorti qalet li ma kienx hemm provi ta' dan.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Marisa Camilleri.

Bookmark Print page Email page
Sentenza sospiża wara li sawwat lill-ex martu u lis-sieħeb tagħha
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
L-Avukat Ġenerali se jinħatar Prim Imħallef
Illiberat mill-Qorti tal-Appell wara li kien weħel sitt snin ħabs f'ġuri
Ġlieda li kienet wasslet għal mewt ta' Filippin f'Birżebbuġia
''Re-enacto'' jammetti li seraq mill-Forti Rinelli
Aġġornata 2130
Nikki Dimech jgħid li mhux ħati għall-akkużi miġjubin kontrih
`
Punti ewlenin
18:34 Nikki Dimech sfiduċjat u jitneħħa minn Sindku
20:01 Il-Labour dgħajjef quddiem il-korruzzjoni
11:59 Il-MEPA tapprova l-estensjoni tal-Phoenicia b'investiment ta' 12-il miljun ewro
19:40 Il-konferenza tal-Oriflame tiġġenera bejn 6 u 8 miljun ewro fl-ekonomija Maltija
iktar aħbarijiet
20:22 Tattiċi Russi jfakkru fil-Gwerra Bierda
20:16 F'Washington, tingħata bidu għal taħdidiet ta' paċi bejn Iżrael u l-Palestinjani
20:14 L-ewwel 'platt sħun'...
20:01 Il-Labour dgħajjef quddiem il-korruzzjoni
19:40 Il-konferenza tal-Oriflame tiġġenera bejn 6 u 8 miljun ewro fl-ekonomija Maltija
19:37 Tnedija ta' servizz ġdid għas-sewwieqa minn Transport Malta
19:27 Kjarifika dwar laptops propjeta' tal-Kunsilli
18:43 Il-Viċi Sindku tal-Gżira jirriżenja minn kunsillier Laburista
18:34 Nikki Dimech sfiduċjat u jitneħħa minn Sindku
16:57 Il-FAM imfaħħra fil-ħidma kontra l-piraterija 'l barra mis-Somalja
Editorjal

Miet il-politiku tal-persważjoni

Miet il-politiku tal-persważjoni
Opinjoni

Liema minn dawn jiddeskrivi l-aħjar lil Guido de Marco?

Possibilista
Viżjonarju
Persważiv