Ray ABDILLA
29 ta' Lulju, 2010
11:28 CET |
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke illiberat minn akkużI ta' serq lil Kenneth Ellul ta' 36 sena minn Raħal Ġdid. Huwa ma nstabx ħati li fil-lejl ta' bejn il-15 u s-16 ta' April seraq ram u wires minn scrap-yard f'Ħal-Luqa. Il-Qorti qalet li l-filmati tas-CCTV cameras ma jikkonfermawx mija fil-mija li Ellul wettaq din is-serqa.
Huwa ma nstabx ħati li seraq b'aktar minn 2,333 ewro f'oġġetti u li laqa' għandu ħwejjeġ misruqin. Mir-recordings irriżulta li kienu żewġ persuni li marru jisirqu minn fuq il-post wara li dawn waslu sal-grada ta' li scrap-yard permezz ta' karozza. Wieħed daħal ġewwa u l-ieħor baqa' barra jistenna.
Il-persuna li qabżet il-grada kienet raġel lieves qalziet skur u flokk roża. Dan ir-raġel jidher f'diversi cameras iqalleb l-affarijiet li kienu ma' l-art u li beda jieħu minnhom. Permezz tal-għajnuna tal-persuna l-oħra dan ir-raġel beda jqabbeż l-affarijiet minn fuq il-grada.
Paul u ħuh Charles Cremona li tagħhom hija li scrap-yard qalu li mill-filmati kienu għarfu lil Ellul li skond huma ġieli mar għandhom biex tbiegħlhom xi materjal. Skond il-Prosekuzzjoni l-għada ta' dan l-in/ident Kenneth Ellul mr għand /ertu Borda Urpani dealers u biegħ seba' mitt kilo ram.
Il-Qorti qalet li minkejja li l-aħwa Cremona qalu li għarfuh mill-filmati li huma l-unika prova ma jidhirx li s-serqa twettqet minn Kenneth Ellul u għaldaqstant kull dubju għandu jmur favur l-akkużat. Għal Ellul deher l-Avukat Mark Busuttul filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Anzjan Frans Micallef.
|