MaltaRightNow.com
25 ta' Lulju, 2010
13:02 CET |
Minħabba l-posponiment tal-kunċert ta' Joseph Calleja għal nhar il-Ħamis 29 ta' Lulju, il-kunċert tal-Winter Moods qed jitmexxa għal nhar il-Ġimgħa 30 ta' Lulju.
NNG Promotions skużaw ruħhom għal kull inkonvenjenza u spjegaw li l-preparazzjonijiet tekniċi għall-kunċert tal-Winter Moods jeħtieġu pjan loġistiku massiv u mijiet ta' siegħat tax-xogħol biex il-Fosos tal-Furjana jitlestew biex jilqgħu l-eluf ta' fans tal-Winter Moods li diġa' qabżu l-ammont ta' persuni li ħallsu biex jattendu għall-kunċert rekord ta' l-2008.
NNG Promotions qalu li din id-deċiżjoni qed tittieħed biex ikun żgurat li l-kwalita' tal-kunċert ma tiġix kompromessa bl-ebda mod u l-fans tal-Winter Moods jingħataw l-aqwa esperjenza possibbli.
Għal aktar informazzjoni, jista' jsir kuntatt ma' Maltaticket fuq 27842538 jew email info@maltaticket.com.
|