Michael CARUANA
16 ta' Marzu, 2010
21:23 CET |
Fil-jiem li ġejjin se jkun ippubblikat kodiċi ta' etika għall-Assistenti Parlamentari maħtura mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi l-ġimgħa li għaddiet. Il-Prim Ministru qal dan fi tweġiba li ta għal Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Laburista Owen Bonnici.
Fi tweġiba oħra, din id-darba għal Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Laburista Charles Buhagiar, Lawrence Gonzi qal li l-Assistenti Parlamentari se jkollhom ir-rwol li jassistu lill-Ministri li jkunu assenjati magħhom fix-xogħol tagħhom b'mod partikulari fil-qasam tal-Parlament. Dan ir-rwol hu mibni fuq il-prattika ta' Parlamenti oħra fosthom il-House of Commons u mhux se joħloq konflitt bejn ir-rwol leġislattiv u dak eżekuttiv.
Il-Prim Ministru temm li l-ħsieb hu li l-honorarium Parlamentari tal-Assistenti Parlamentari jkun bħal dak tal-Presidenti tal-Kumitati Permanenti tal-Parlament.
|