Michael CARUANA
16 ta' Marzu, 2010
21:19 CET |
L-eks Ambaxxagtur Ingliż għal Polonja, Charles Crawford, kien f'Malta biex iħarreġ impjegati fis-Servizz Pubbliku dwar id-diplomazija. Tonio Borg, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, fi tweġiba li ta għal Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Laburista Joe Mizzi, qal li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin hu impenjat li jipprovdi taħriġ lill-uffiċjali li jaħdmu miegħu. Għal dan l-iskop, ġie organizzat taħriġ mifrux fuq tlett ijiem lil numru ta' ħaddiema.
Il-Viċi Prim Ministru qal li dan it-taħriġ sewa lill-Gvern madwar 3,700 ewro. Hu qal ukoll li darbtejn fil-ġimgħa jingħata taħriġ lill-Uffiċjali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin dwar materji differenti.
|