foreign@media.link.com.mt
16 ta' Marzu, 2010
19:50 CET |
Buckingham Palace ħabbar li f'Settembru l-Papa kien se jżur il-pajjiż fuq stedina tar-Reġina Eliżabetta II. Din se tkun l-ewwel żjara minn Papa fir-Renju Unit mill-1982 meta kien mar il-Papa Ġwanni Pawlu II għal żjara ta' sitt ijiem.
Dik tal-1982 kienet waħda pastorali filwaqt li dik li se jagħmel il-Papa Benedettu XVI bejn is-16 u d-19 ta' Settembru se tkun waħda uffiċjali, l-ewwel darba li se ssir żjara simili.
L-ewwel waqfa se tkun f'Edinburgh imbagħad se jmur Glasgow, Londra u Coventry. F'Coventry hu se mexxi quddiesa li fiha se jkun beatifikat il-Kardinal John Henry Newman. Se jkun hemm ukoll quddiesa pubblika fi Glasgow.
|