Daniela BARTOLO
16 ta' Marzu, 2010
18:43 CET |
L-enfasi fuq ħajja ħolistika universitarja hi fil-qofol tal-manifest tal-Istudenti Demokristjani Maltin li ppreżentaw it-tim ta' kandidati tagħhom għall-elezzjoni tal-Kunsill tal-Istudenti Universitarji, l-KSU.
Fi kliem il-President tal-SDM Stefan Balzan, it-tim ppreżentat hu magħmul minn studenti minn oqsma wiesa' ta' fakultajiet u tim mibni fuq l-esperjenza flimkien m'uċuħ ġodda.
In-nominazzjonijiet huma dawn:
President - Carl Grech
Viċi President – James Cassar
Segretarju Ġenerali – Karl Agius
Uffiċjal Finanzjarju – Martina Galea
Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi – Rachel Cassar
Koordinatur għall-Politika Soċjali – Matthew Bonett
Koordinatriċi għall-Edukazzjoni - Roberta Rizzo
Uffiċjal Internazzjonali - Larkin Zahra
Koordinatriċi Internazzjonali - Francesca Scicluna
Uffiċjal għall-Kultura u d-Divertiment - Mario Cachia
Koordinatriċi għall-Kultura u d-Divertiment - Stephanie Soler
Matul il-ġurnata tal-Erbgħa ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kunsill tal-Istudenti Universitarji.
|